Il-kuntrast bejn Partit Laburista li m’għadux kredibbli u Partit Nazzjonalista li qed jagħmel kuntratt mal-poplu
AĦBAR

Il-kuntrast bejn Partit Laburista li m’għadux kredibbli u Partit Nazzjonalista li qed jagħmel kuntratt mal-poplu

Qegħdin f’elezzjoni bikrija li qed tikxef il-kuntrast bejn Partit Laburista bi track record qawwi ta’ wegħdi li ma żammx u Partit Nazzjonalista li qed jiġi quddiem il-poplu b’sensiela ta’ proposti serji u b’kuntratt mal-poplu li jwettaqhom.

ll-PN jelenka lista sħiħa ta’ wegħdi li l-Labour baqa’ ma wettaqx; mal-Partit Nazzjonalista kull wegħda hi kuntratt man-nies

Qegħdin f’elezzjoni bikrija li qed tikxef il-kuntrast bejn Partit Laburista bi track record qawwi ta’ wegħdi li ma żammx u Partit Nazzjonalista li qed jiġi quddiem il-poplu b’sensiela ta’ proposti serji u b’kuntratt mal-poplu li jwettaqhom.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, Beppe Galea u David Bonello elenkaw ftit mill-ħafna wegħdi li l-Partit Laburista fil-Gvern baqa’ ma wettaqx minn elelezzjoni għall-oħra.

Michael Piccinino semma l-kampus ġdid li wiegħed Gvern Laburista għall-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-ITS, fl-2016. Filwaqt li l-Partit Laburista jitkellem dwar turiżmu ta’ kwalità, għal 10 snin naqas milli jwettaq il-wegħda li l-ITS ikollu kampus ġdid propju għall-istudji fit-turiżmu. Semma l-wegħda li rrepeta tul is-snin il-Partit Laburista ta’ sptar ġdid għas-saħħa mentali. Dan baqa’ ma sar qatt. Semma kif wegħduna investiment qawwi fl-Isptar San Luqa u f’Karin Grech u sptar ġdid għall-Għawdxin. Ma sar xejn. Semma kif fl-elezzjoni tal-2017 il-Partit Laburista wiegħed li se jagħmel it-toroq kollha f’Għawdex u jeqred it-traffiku. It-traffiku baqa’ jiżdied u ħafna toroq baqgħu ma sarux. Imbagħad fl-elezzjoni tal-2022 qalulna li t-traffiku se jsolvuh bil-metrò u tawna x’nifhmu li jekk tidħol il-Belt tista’ taqta’ biljett u tibda tuża s-servizz. 

Ġew u għaddew żewġ elezzjonijiet u mhux talli ma sar xejn, imma talli għat-tielet elezzjoni konsekuttiva ġew quddiem il-poplu b’suppost soluzzjoni fil-forma ta’ proġett ieħor tat-trasport tal-massa. Imma lanqas fuq din mhuma konsistenti. Għax Clyde Caruana qalilna li għadu ma jistax jgħid jaqbilx mal-proġett għax għadu ma rax il-costings. Jidher li dil-proposta tal-Labour hi oħra tas-silly season.

Għawdex u l-Għawdxin ukoll kienu mwiegħda ħafna mill-Partit Laburista, imma mill-ħafna li wiegħed, ma wettaq kważi xejn.

L-isptar ġdid ta’ Għawdex lanqas biss beda, aħseb u ara kemm qed jintuża. L-istess bil-breakwater ta’ Marsalforn, bil-Mużew fir-Rabat Għawdex li baqa’ sit tal-kostruzzjoni, l-Innovation Hub li kellu jkun ċentru ta’ start-ups u impjiegi ta’ kwalità – dan il-hub spiċċa mimli uffiċċini tal-gvern flok start-ups, iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza għar-Riċerka u Big Data f’Għawdex baqa’ ma sarx bħalma baqgħu fuq l-ixkaffa r-restawr tal-Batterija tal-Qolla l-Bajda, il-Park Naturali Reġjonali u r-restawr tal-pumping station f’Ta’ Sannat u x-Xewkija, il-wegħda li Għawdex isir l-ewwel parti tal-pajjiż li tkun climate-neutral, l-ispazju għad-dilettanti tal-Karnival f’Għawdex, il-multi-level parking f’Marsalforn, it-tkabbir tal-MCAST li għad għandu nuqqas ta’ korsijiet full-time, il-Qorti l-ġdida li għadha ma waslitx, il-masterplan għal Marsalforn u dak għax-Xlendi, l-airfield fix-Xewkija, il-vapuri ġodda għal Għawdex u ħafna oħrajn….lista li ma tiqafx.

Beppe Galea qal li Għawdex jixraqlu jkun reġjun b’saħħtu bl-infrastruttura li tixraqlu. Għawdex verament għandha bżonn Nifs Ġdid.

David Bonello kompla mal-lista twila ta’ wegħdiet li l-Partit Laburista għamel lin-nies tul is-snin u li sal-lum baqgħu biss fuq il-karta. Fost l-oħrajn it-trakka tal-karozzi li ma’ kull elezzjoni l-Labour idendilha bħal karrotta quddiem id-dilettanti u li sal-lum dawn id-dilettanti għadhom qed jistennewha. Semma wkoll l-electric charging points li l-Labour wiegħed u li ftit li xejn waħħal.

Hu tkellem ukoll dwar il-proġetti ta’ tisbiħ li ilna s-snin nisimgħu dwarhom u li sabu ruħhom fuq diversi manifesti elettorali tal-Labour, imma sal-lum hemm baqgħu. Bħall-proġett li kellu jara l-mini ta’ Santa Venera msaqqfa fi ġnien – proġett li jidher li tar mar-riħ. U bħall-proġett ta’ Triq Sant’Anna, li kellu jara li l-Furjaniżi jieħdu nifs b’zona kbira ddedikata lin-nies u l-karozzi jinżlu taħt l-art. Minflok, lill-Furjaniżi tawhom aktar traffiku ġġammjat fi Triq Sant’Anna. 

Semma kif il-Labour kien wiegħed investiment bla preċedent fil-pannelli. Illum nafu li lanqas dawk li waħħlu ma qabbdu mal-grid.

Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista qalu li l-Partit Laburista, bi track record ta’ 13-il sena b’wegħdi mhux imwettqa, ma baqagħlux kredibbiltà.

Għall-kuntrarju, il-Partit Nazzjonalista qed jiġi quddiem il-poplu bil-proposti tiegħu, u qed jagħmel kuntratt mal-poplu li jekk fit-30 ta’ Mejju jagħtih il-fiduċja, Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti Nifs Ġdid lura lill-pajjiż.

15.05.2026