Il-Partit Nazzjonalista jsellem lil Gejtu Tanti

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Gejtu Tanti, eks President tal-UĦM. Defenizzjoni ta’ ħaddiem li ħadem fil-qasam trejdunjonistiku għal ħaddiema oħra.
Fl-1998, flimkien ma’ Gejtu Vella, Tanti kien daħal fit-tmexxija tal-Union Ħaddiema Magħqudin. Flimkien mal-kumplament tat-tmexxija UĦM, Gejtu kien imbutta u stinka sabiex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb ta’ Gejtu Tanti.
21.09.2023
Posted Under: Uncategorized