Il-Partit Nazzjonalista jsellem lil Giorgio Napolitano
Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Giorgio Napolitano li ħalla din id-dinja fl-aħħar sigħat.Bħala eks President tar-Repubblika Taljana għal darbtejn, Giorgio Napolitano serva lil pajjiżu b’lealtà, b’rispett assolut lejn il-valur tas-solidarjetà, il-libertà u d-demokrazija. Politiku li emmen bis-sħiħ fil-proġett Ewropew.
Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-Istat Taljan u lill-poplu tiegħu.
Beppe Fenech Adami
Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
23.09.2023