AĦBAR
Il-PN jawgura fejqan ta’ malajr lil Eddie Fenech Adami
Aktar kmieni llum il-President Emeritu ddaħħal l-isptar għall-osservazzjoni
Il-Partit Nazzjonalista jawgura fejqan ta’ malajr lill-President Emeritu Eddie Fenech Adami li aktar kmieni llum iddaħħal l-isptar għall-osservazzjoni wara li kien qed isofri minn kumplikazzjonijiet ta’ saħħa.
Il-Kap tal-PN Alex Borg ftit tal-ħin ilu għamel kuntatt mal-familja ta’ Eddie Fenech Adami u kien infurmat bl-aħħar dettalji dwar il-kundizzjoni tiegħu. Il-President Emeritu jinsab f’qagħda stabbli.
Il-PN jawgura li l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista ma jdumx ma jirritorna lura d-dar.
31.03.2026