Żmien is-slogans għadda: il-Gvern irid iħares bil-fatti il-benesseri tal-Maltin
Ir-rapport Gallup għall-2025 dwar is-saħħa emozzjonali globali jgħid li l-Maltin huma t-tieni l-aktar fid-dinja li jinkwietaw.
aqra aktarIl-Partit Nazzjonalista huwa l-ewwel partit politiku mwaqqaf f’Malta. Sa mit-twaqqif, minn dejjem kellu direzzjoni ċara, b’ħidma mibnija fuq il-valuri tal-libertà, id-demokrazija, is-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali.
Bħala partit ċentru-lemini, aħna nemmnu f’ekonomija b’saħħitha u sostenibbli li toħloq opportunitajiet għal kulħadd, filwaqt li dejjem inpoġġu lill-persuna fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet li jiġu meħuda. Nħaddnu wkoll il-valur tal-ħajja u nemmnu li kulħadd għandu d-dritt għall-ħajja dinjituża.
Illum, il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jaħdem sabiex verament Malta timxi ‘l quddiem, b’istituzzjonijiet aktar b’saħħithom u kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd.
L-Istatut tal-Partit Nazzjonalista huwa d-dokument ewlieni li jispjega kif jitmexxa u jiffunzjona l-Partit. Fih hemm ir-regoli dwar is-sħubija, kif jintgħażlu l-uffiċjali u kif jaħdmu l-kumitati.
Dan jiżgura li l-Partit jaħdem b’mod demokratiku u trasparenti, u li l-membri kollha jkollhom vuċi fid-deċiżjonijiet. Fl-istess ħin, jgħin biex il-Partit jibqa’ jiġġedded maż-żminijiet, filwaqt li jżomm sod il-valuri u l-prinċipji tiegħu.
L-ewwel politiċi Nazzjonalisti kienu magħrufa bħala l-Antiriformisti. Dawn kienu mmexxija minn Fortunato Mizzi u waqqfu l-Partito Nazionale, li kien jaħdem sabiex Malta tikseb aktar awtonomija u eventwalment is-self-government.
Il-Partit Nazzjonalista ġie mwaqqaf fl-1926.
Il-Partit Nazzjonalista kien il-forza politika li mexxiet lil Malta għall-kisba tal-Indipendenza, pass storiku li bidel il-futur tal-pajjiż. Minn hemm ‘l quddiem, il-Partit kellu rwol ċentrali fl-iżvilupp ta’ Malta bħala stat modern u demokratiku, u kompla jħalli l-marka tiegħu f’mumenti ewlenin tal-istorja nazzjonali.
Taħt Gvern Nazzjonalista, il-poplu Malti vvota sabiex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea fl-2004. Dan kien pass storiku u vitali li fetaħ ħafna opportunitajiet ġodda għall-pajjiż, opportunitajiet li sal-lum għadhom jibbenefikaw minnhom il-Maltin u l-Għawdxin kollha.
L-istruttura organizzattiva tal-Partit Nazzjonalista hija komposta minn dawn l-organi:
• il-Kunsill Ġenerali
• il-Konvenzjoni Ġenerali
• il-Kumitat Eżekuttiv
• il-Kunsill Amministrattiv
• il-Grupp Parlamentari
• il-Kumitati Reġjonali
• il-Kumitati Sezzjonali
L-ewwel erbgħa huma l-organi li jfasslu l-istrateġija u d-direzzjoni tal-Partit, skont l-Istatut li jpoġġi l-miri u l-prinċipji waqt li jistabbilixxi l-istruttura amministrattiva u jirregola s-sħubija tal-membri.
Kumitati Sezzjonali
Kumitat Eżekuttiv
Forum tal-Fergħat
Kunsill Amministrattiv
Kumitat tat-Tmexxija
Kunsill Ġenerali
Konvenzjoni Ġenerali
Kummissjonijiet
Kumitati Reġjonali
Grupp Parlamentari
EwroParlamentari
Kunsillieri Lokali
L-uffiċjali tal-Partit, maħtura skont il-provvedimenti tal-Istatut huma dawn:
Il-Kunsill Ġenerali huwa l-ogħla organu u għandu l-awtorità li japprova l-programm elettorali, ir-rapport annwali tas-Segretarju Ġenerali, jiddeċiedi fuq kull materja proposta mill-Kumitat Eżekuttiv, kif ukoll fuq kull materja li tista’ titressaq quddiemu fuq talba ta’ numru ta’ tesserati kif jipprovdi l-Istatut innifsu. Huwa wkoll il-Kunsill li għandu l-poter jemenda l-Istatut.
Il-Konvenzjoni Ġenerali hija ffurmata mit-tesserati kollha bis-sħubija mħallsa fil-PN. Tiddiskuti materji marbutin mal-policies, teleġġi l-Kap tal-Partit u l-Viċi Kap/ijiet u tiġi msejħa biex tikkonferma l-ogħla uffiċjali fi żmien tliet xhur mill-bidu ta’ kull leġiżlatura.
Il-Kumitat Eżekuttiv huwa l-organu tal-Partit inkarigat mid-dibattitu politiku ġenerali fi żdan il-Partit u sussegwentement bit-tfassil u l-adozzjoni tal-policies tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom. Dan il-Kumitat ilaqqa’ wkoll il-Kunsill Ġenerali, jiddeċiedi fuq kull materja marbuta mas-sħubija, japprova l-programm elettorali, japprova l-kandidati tal-PN għall-elezzjonijiet, jiddeċiedi fuq kull materja li mhix riservata speċifikament għal organi oħra, u japprova l-istatuti tal-fergħat u s-sezzjonijiet kollha tal-Partit.
Il-Kunsill Amministrattiv għandu r-responsabbiltà tal-amministrazzjoni ġenerali tal-Partit. Dan jinkludi l-approvazzjoni tal-impjegati kollha, il-ħatra tar-rappreżentanti tal-Partit fuq kull entità fejn il-PN għandu interess, l-organizzazzjoni ġenerali tal-ħidma u l-attivitajiet tal-Partit, il-materji kollha marbutin mal-Kumitati Sezzjonali, il-ġestjoni ta’ każi ta’ natura dixxiplinarja, il-proprjetajiet tal-Partit u l-ħatra ta’ rappreżentanti tas-Segretarju Ġenerali fuq il-Kumitati Sezzjonali.
Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista huwa magħmul mid-Deputati eletti fil-Parlament ta’ Malta li jirrappreżentaw lill-poplu u jżommu lill-Gvern kontabbli. Dan il-grupp jaħdem kontinwament biex jipproponi liġijiet, jissorvelja l-ħidma tal-Gvern u jressaq soluzzjonijiet konkreti għall-isfidi li jiffaċċja pajjiżna, dejjem fl-interess nazzjonali. Bħalissa l-Grupp Parlamentari tal-PN huwa ffurmat minn 35 deputat/a, kollha bid-dekasteru tagħhom. Minkejja li fl-Oppożizzjoni, il-Grupp Parlamentari jaħdem fuq proposti li jtejbu l-ħajja tan-nies.
L-Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew u huma parti mill-akbar familja politika Ewropea, il-Partit Popolari Ewropew (EPP). It-tliet MEPs tal-PN, Roberta Metsola, Peter Agius u David Casa jaħdmu biex jiddefendu l-interessi nazzjonali ta’ Malta fuq livell Ewropew, filwaqt li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ politika Ewropea li tkun ġusta u sostenibbli għall-Istati Membri kollha. L-Ewroparlamentari Roberta Metsola hija wkoll il-President tal-Parlament Ewropew sedenti.
ELEZZJONI GĦAL KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2026
Avviż dwar dikjarazzjoni ta’ interess | Dikjarazzjoni ta’ interess | Dati u ħinijiet tal-votazzjoni
Hawn taħt għandek issib lista ta’ links għal paġni arkivjati li jirrigwardaw elezzjonijiet li seħħew mill-2025 sal-lum:
Ingħaqad ma’ komunità ta’ nies impenjati biex jagħmlu differenza.
Bħala voluntier, tista’ tikkontribwixxi l-ħin, il-ħiliet u l-ideat tiegħek biex tgħin nibnu futur aħjar għal Malta.
Kemm jekk tista’ tgħin okkażjonalment jew b’mod regolari, l-appoġġ tiegħek huwa importanti. Flimkien, nistgħu noħolqu impatt reali.
"*" indicates required fields
Ir-rapport Gallup għall-2025 dwar is-saħħa emozzjonali globali jgħid li l-Maltin huma t-tieni l-aktar fid-dinja li jinkwietaw.
aqra aktarL-emendi li se tressaq fl-Istadju ta' Kumitat huma msejsa propju fuq din il-konsultazzjoni. Dan hu l-mod kif għandu jaħdem il-Parlament – il-Gvern inkluż.
aqra aktarIl-Partit Nazzjonalista jemmen li s-sigurtà tal-provvista tal-ikel għandha tkun prijorità nazzjonali, u mhux tissemma biss meta jkollna kriżi. Filwaqt li l-importazzjoni tibqa’ essenzjali għal pajjiżna, ma nistgħux nibqgħu niddependu fuqha mingħajr ma nagħmlu dak kollu possibbli biex insaħħu l-produzzjoni lokali.
aqra aktarIl-vjolenza domestika mhijiex kwistjoni li tista’ tiġi injorata, posposta jew trattata bħala sempliċi formalità amministrattiva. Kull rapport għandu jittieħed bis-serjetà, jiġi evalwat b’urġenza u, fejn ikun meħtieġ, iwassal għal miżuri konkreti ta’ protezzjoni għall-vittma.
aqra aktar