Il-Partit Nazzjonalista jaqbel mas-sussidju tal-enerġija

Tal-Labour għandhom jieqfu jbezzgħu lin-nies u minflok jaraw kif se jsolvu l-problemi li ħolqu

Il-Partit Laburista għandu jibda jkun onest mal-poplu Malti. Alex Borg u l-Partit Nazzjonalista huma ċari daqs il-kristall li jaqblu mas-sussidju fl-enerġija.

Minflok jintilfu fin-negattività u l-politika tal-biża’ tal-Partit Laburista, il-Ministri tal-Gvern messhom qed isibu s-soluzzjonijiet għall-problemi li ħolqu huma stess.

Dan hu dak li jistennew mingħandhom il-familji Maltin u Għawdxin.

21.04.2026