Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja tal-Professur Ġorġ Mallia

Ġorġ Mallia kien awtur, karikaturista, illustratur u akkademiku li ta kontribut distint lill-kultura, lil-letteratura u lill-qasam tal-komunikazzjoni. It-telfa tiegħu hi telfa wkoll għall-oqsma tal-arti, il-kultura u l-komunikazzjoni f’pajjiżna.

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja tal-Professur Ġorġ Mallia.

Ġorġ Mallia kien awtur, karikaturista, illustratur u akkademiku li ta kontribut distint lill-kultura, lil-letteratura u lill-qasam tal-komunikazzjoni. It-telfa tiegħu hi telfa wkoll għall-oqsma tal-arti, il-kultura u l-komunikazzjoni f’pajjiżna.

Permezz tal-kreattività, l-għarfien u l-ħidma tiegħu, Ġorġ Mallia mess il-ħajja ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ u ħalla warajh wirt li jibqa’ mfakkar.

Ġorġ Mallia kien ukoll membru tal-Kumitat tan-Nomini għall-Ġieħ ir-Repubblika wara li kien nominat mill-Oppożizzjoni.

l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, flimkien mat-tmexxija tal-Partit, iwassal il-kondoljanzi lil martu Shirley u lill-familja kollha tiegħu.

19.08.2026