Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Brother Edward Galea

Il-kontribut tiegħu jibqa' mfakkar b’rispett u gratitudni minn dawk kollha li kellhom ix-xorti jafuh u jaħdmu miegħu.

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Brother Edward Galea.

Bro. Edward, li ftit tal-jiem ilu għalaq 102, serva għal snin twal b’dedikazzjoni, impenn u servizz fi ħdan il-Kulleġġ ta’ De La Salle.

Tul il-karriera tiegħu huwa serva f’diversi karigi f’dan il-kulleġġ, u eluf ta’ studenti se jiqbgħu jiftakruh għall-ħidma tiegħu tul is-snin formattivi tagħhom f’De La Salle.

Il-kontribut tiegħu jibqa’ mfakkar b’rispett u gratitudni minn dawk kollha li kellhom ix-xorti jafuh u jaħdmu miegħu.

Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi lill-familja, lill-komunità tal-brothers ta’ De La Salle, lill-edukaturi u lill-istudenti u lil dawk kollha li kienu qrib tiegħu.

Jerome Caruana Cilia
Shadow Minister għall-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza

04.09.2026