Wara sajf bla dawl, nibdew il-ħarifa bl-istess problemi

Kull minuta li nkunu bla dawl tfisser skariġġ għan-nies, persuni maqbuda f’lifts, uffiċċji u negozji li jieqfu u tbatija bla bżonn.

Wara li l-Maltin u l-Għawdxin għamlu sajf bil-provvista tad-dawl tilgħab – kuljum jistennew biex jaraw hux se jinqata’ d-dawl – issa bdejna ħarifa bl-istess problemi.

Meta kienet is-sħana qalulna li saħnu l-cables. Illum se jgħidulna li xxarrbu?

Li kieku ma kienx għall-interconnector tal-Partit Nazzjonalista li l-Labour għamel snin sħaħ jikkritika mill-Oppożizzjoni, kieku llum ninsabu fi kriżi akbar minn dik li għandna.

Kull minuta li nkunu bla dawl tfisser skariġġ għan-nies, persuni maqbuda f’lifts, uffiċċji u negozji li jieqfu u tbatija bla bżonn.

Dak li ġara llum – meta jidher li waqfet il-power station tal-Electrogas, diġà seħħ ftit ġimgħat ilu. Li jfisser li mhux talli għad hemm problemi fid-distribuzzjoni, imma talli issa lanqas fuq il-ġenerazzjoni ma nistgħu nserrħu rasna.

Il-poplu Malti, li ftit tax-xhur ilu afda lil-Labour bit-tmexxija tal-pajjiż, jistenna aħjar minn hekk. Robert Abela u Miriam Dalli għandhom iwieġbu.

Żgur li l-ħolma tagħhom mhijiex pajjiż bla dawl. Jagħmel tajjeb il-Gvern li jagħmel proġett tiegħu pajjiż li jiffunzjona.

Mark Anthony Sammut
Shadow Minister għall-Enerġija u l-Ambjent

28.09.2026