Il-Qorti tilqa’ t-talba tal-PN biex tisma’ l-kawża dwar il-bilanċ fix-xandir b’mod urġenti

Din il-kawża trid trodd lura dak li hu dritt tal-poplu għal xandir ħieles u tara li l-ġustizzja sseħħ.

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti laqgħet it-talba tiegħu biex tisma’ l-kawża kostituzzjonali kontra l-Public Broadcasting Services (PBS) u l-Awtorità tax-Xandir dwar il-bilanċ fix-xandir b’mod urġenti.

Din il-kawża trid trodd lura dak li hu dritt tal-poplu għal xandir ħieles u tara li l-ġustizzja sseħħ.

30.09.2026