Is-servizz edukattiv għandu jibqa’ jitjieb fil-kwalità u jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-istudenti u tal-edukaturi
AĦBAR

Is-servizz edukattiv għandu jibqa’ jitjieb fil-kwalità u jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-istudenti u tal-edukaturi

Waqt żjara fis-Sir M. A. Refalo Sixth Form f’Għawdex fil-bidu tas-sena akkademika l-ġdida, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ltaqa’ mal-Kap tal-Iskola u mat-tmexxija, kif ukoll mal-għalliema, mal-istudenti u l-ħaddiema u sema’ direttament mingħandhom dawk li huma l-isfidi u d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw: kemm l-isfidi dejjem jinbidlu tal-edukaturi, kif ukoll dawk tal-istudenti.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg iżur is-Sir M. A. Refalo Sixth Form f’Għawdex fil-bidu tas-sena akkademika l-ġdida

Irridu niżguraw li s-servizz edukattiv jibqa’ dejjem jitjieb fil-kwalità u jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-istudenti u tal-edukaturi tal-lum.

Waqt żjara fis-Sir M. A. Refalo Sixth Form f’Għawdex fil-bidu tas-sena akkademika l-ġdida, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ltaqa’ mal-Kap tal-Iskola u mat-tmexxija, kif ukoll mal-għalliema, mal-istudenti u l-ħaddiema u sema’ direttament mingħandhom dawk li huma l-isfidi u d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw: kemm l-isfidi dejjem jinbidlu tal-edukaturi, kif ukoll dawk tal-istudenti.

Ġiet diskussa wkoll l-importanza li l-istudenti jkollhom l-appoġġ meħtieġ biex ikomplu javvanzaw fl-istudji tagħhom, filwaqt li l-edukaturi jingħataw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex iwettqu xogħolhom bl-aħjar mod possibbli.

Il-Kap tal-PN Alex Borg faħħar id-dedikazzjoni tal-għalliema li jaħdmu f’din l-istituzzjoni edukattiva filwaqt li awgura kemm lill-edukaturi kif ukoll lill-għalliema sena ta’ success.

Huwa dar id-diversi dipartimenti tal-iskola li tinsab fil-qalba tal-Belt Victoria, u tkellem mal-ħaddiema ta’ kull taqsima.

Din iż-żjara kienet parti minn numru ta’ żjarat li qed jagħmlu l-Kap tal-PN u uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista fl-istituzzjonijiet edukattivi hekk kif bdiet is-sena skolastika l-ġdida.

Dalgħodu saret ukoll żjara mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione u x-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza Jerome Caruana Cilia fil-Higher Secondary tan-Naxxar.

02.10.2026