L-għalliema huma l-bennejja tas-soċjetà tagħna
L-għalliema huma l-bennejja tas-soċjetà tagħna. Din l-espressjoni tibqa’ valida aktar minn qatt qabel. Għax kull għalliem, kull edukatur u kull professjonist fl-edukazzjoni għandu sehem dirett fil-bini tal-ġenerazzjoni tal-lum u ta' għada.
Fil-Jum Dinji tal-Għalliema, il-PN irodd ħajr lill-edukaturi kollha tal-ħidma, id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom
Illum, fil-Jum Dinji ddedikat lill-Għalliema, il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-edukaturi kollha għall-ħidma, id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom ta’ kuljum.
Li tkun għalliem mhuwiex sempliċement xogħol – huwa privileġġ li takkumpanja lit-tfal huma u jikbru, jiskopru, jistaqsu u jemmnu dejjem aktar fihom infushom.
L-għalliema huma l-bennejja tas-soċjetà tagħna. Din l-espressjoni tibqa’ valida aktar minn qatt qabel. Għax kull għalliem, kull edukatur u kull professjonist fl-edukazzjoni għandu sehem dirett fil-bini tal-ġenerazzjoni tal-lum u ta’ għada.
Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li għalhekk irridu nkomplu naħdmu għal kwalità fl-edukazzjoni, iżda wkoll għal ambjent fejn il-vuċi tal-edukaturi tinstema’ u tiġi rispettata. Id-dritt tal-edukaturi li jesprimu ruħhom, djalogu ġenwin mal-unions u rispett sħiħ lejn il-professjoni għandhom ikunu parti minn sistema edukattiva li tassew tpoġġi lill-edukatur fiċ-ċentru.
Biex ikollna edukazzjoni ta’ kwalità, irridu ninvestu f’dawk li jagħmluha possibbli.
Grazzi lil kull għalliem u edukatur talli kuljum qed tibnu s-soċjetà tal-lum u ta’ għada.
Jerome Caruana Cilia
Shadow Minister għall-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza
05.10.2026
– Agħfas hawn għal messaġġ mix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni fil-Jum Dinji tal-Għalliema