Tibda tinstema’ l-kawża tal-Partit Nazzjonalista biex il-poplu jingħata xandir pubbliku bilanċjat u ħieles
Illum bdiet tinstema’ l-kawża kostituzzjonali li l-Partit Nazzjonalista fetaħ kontra l-Public Broadcasting Services u l-Awtorità tax-Xandir dwar l-iżbilanċ fix-xandir pubbliku u n-nuqqas ta’ infurzar tal-obbligi ta’ imparzjalità.
Illum bdiet tinstema’ l-kawża kostituzzjonali li l-Partit Nazzjonalista fetaħ kontra l-Public Broadcasting Services u l-Awtorità tax-Xandir dwar l-iżbilanċ fix-xandir pubbliku u n-nuqqas ta’ infurzar tal-obbligi ta’ imparzjalità.
Din mhijiex battalja għall-Partit Nazzjonalista biss, iżda għad-dritt ta’ kull ċittadin għal xandir pubbliku ġust, bilanċjat u imparzjali. Ċifri mogħtija fil-Parlament mill-Gvern stess juru li, bejn Ġunju 2025 u Mejju 2026, fil-bullettini tal-aħbarijiet tal-PBS, ixxandru 532 ‘sound-on-tape’ mill-Prim Ministru u membri tal-Gvern, filwaqt li dawk tal-Kap tal-
Oppożizzjoni, membri tal-Oppożizzjoni u rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista kienu biss 66.
L-obbligu ta’ imparzjalità ma japplikax biss għall-kontenut. Il-liġi tipprovdi wkoll li preżentaturi jew reporters tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq ix-xandir pubbliku għandhom jidhru imparzjali, anke fl-attività tagħhom barra mix-xandir. Għaldaqstant, il-PBS għandu jassigura li l-istandards ta’ imparzjalità jiġu rispettati f’kull aspett tax-xandir pubbliku.
Il-PBS mhuwiex tal-gvern tal-ġurnata. Huwa x-xandir pubbliku tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Il-Partit Nazzjonalista se jkompli juża l-mezzi kollha li tagħtih il-liġi biex jiddefendi d-dritt tal-poplu għal informazzjoni sħiħa, ġusta u bilanċjata.
Din il-kawża, iffirmata mill-Avukati Michael Piccinino, David Bonello u Thomas De Martino, għandha għan wieħed: li x-xandir pubbliku jerġa’ jkun tassew tagħna lkoll.
15.10.2026