Irid ikun hemm rieda politika biex insaħħu aktar il-unions u l-ħaddiema
Il-kliem sabiħ li spiss nisimgħu irid issa jissarraf f’rieda politika, jekk verament irridu naraw lill-unions javvanzaw u niggarantixxu titjib għall-ħaddiema u d-dinja tax-xogħol.
Il-Kap tal-PN Alex Borg f’laqgħa mal-Forum Unoins Maltin; qbil fuq numru ta’ proposti u diskussjoni dwar kif jistgħu jingħelbu l-isfidi preżenti
Il-kliem sabiħ li spiss nisimgħu irid issa jissarraf f’rieda politika, jekk verament irridu naraw lill-unions javvanzaw u niggarantixxu titjib għall-ħaddiema u d-dinja tax-xogħol.
Waqt laqgħa mal-Forum Unions Maltin (For.U.M), il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qal li bosta mill-proposti li qed iressaq il-forum huma riflessjoni ta’ numru ta’ proposti li qed jitkellem dwarhom il-Partit Nazzjonalista.
Hu elenka fost l-oħrajn il-bżonn ta’ aktar opportunitajiet għal xogħol flessibbli, it-tnaqqis fit-taxxa fuq xogħol part-time u overtime, skemi ta’ għajnuna għal ħaddiema li jixtiequ jieħdu aktar taħriġ, u tibdil fil-liġi biex min diġà qiegħed bil-pensjoni tal-età jkun jista’ jkompli jaħdem, meta pajjiżna qed jesperjenza nuqqas ta’ ħaddiema mħarrġa.
Alex Borg tkellem ukoll dwar l-importanza li s-sussidji tal-enerġija jibqgħu, iżda qal li l-Gvern irid jiżgura li jinvesti fl-enerġija rinnovabbli biex titnaqqas id-dipendenza tal-pajjiż fuq enerġija minn pajjiżi terzi.
Min-naħa tagħhom, il-membri tal-For.U.M. tkellmu wkoll dwar numru ta’ proposti li qed iressqu u dwar kif il-unions jistgħu jtejbu xogħlhom għall-ġid tal-ħaddiema, filwaqt li esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li qed isibu diffikultà li jiġu rikonoxxuti bħala entità.
Dan għaliex la jaqgħu taħt il-klassifikazzjoni ta’ union u lanqas taħt dik ta’ entità non-governattiva. Huma qalu li dan qed iwassal għal numru ta’ diffikultajiet li jenħtieġ jingħelbu biex il-For.U.M. ikun jista’ jiffunzjona għall-għan li nħoloq.
Għal din il-laqgħa kienu preżenti wkoll il-Viċi Kap tal-PN u Shadow Minister għat-Turiżmu Alex Perici Calascione, ix-Shadow Minister għall-Infrastruttura u x-Xogħol Julian Borg u x-Shadow Minister għall-Mobbiltà Sostenibbli Ivan Castillo.
Din il-laqgħa tagħmel parti minn sensiela tal-laqgħat ta’ qabel il-Budget.
22.10.2026

