Żmien is-slogans għadda: il-Gvern irid iħares bil-fatti il-benesseri tal-Maltin
Ir-rapport Gallup għall-2025 dwar is-saħħa emozzjonali globali jgħid li l-Maltin huma t-tieni l-aktar fid-dinja li jinkwietaw.
Ir-rapport Gallup għall-2025 dwar is-saħħa emozzjonali globali jgħid li l-Maltin huma t-tieni l-aktar fid-dinja li jinkwietaw.
Fl-aħħar tliet snin, aktar minn 6,000 persuna daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei bi problemi ta’ saħħa mentali. Is-sena li għaddiet biss, 505 itfal ġew riferuti għal servizzi tas-saħħa mentali.
Il-Partit Nazzjonalista jinsab imħasseb għall-fatt li, minkejja t-tkabbir ekonomiku li kelna fl-aħħar snin, il-benesseri tal-Maltin sejjer dejjem lura.
Hekk kif resqin lejn Budget ieħor, il-Gvern ma jistax jinjora dawn il-fatti. Jekk mhux se mmorru mill-kliem sabiħ li jibqa’ fl-arja għal investiment bis-serjetà fil-ħarsien tal-benesseri u l-kwalità tal-ħajja tagħna, il-problemi tan-nies se jkomplu jikbru.
It-Tnejn li ġej, il-Ministru tal-Finanzi se jkun qed jgħidilna kif beħsiebu jonfoq flusna għas-sena d-dieħla. U l-Partit Nazzjonalista jittama li kull ewro li se jalloka l-Gvern se jkun qed imur, l-ewwel u qabel kollox, biex itejjeb il-ħajjiet tan-nies.
Żmien is-slogans issa għadda. Il-Gvern issa jrid jibda jħares il-benesseri tagħna bil-fatti.
Eve Borg Bonello
Shadow Minister għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali
Ian Vassallo
Kelliem għall-Kwalità tal-Ħajja
22.10.2026