L-iżbalji fil-prosekuzzjoni għandhom konsegwenzi fuq in-nies
Il-PN qed jitlob miżuri konkreti biex jiġu evitati dawn in-nuqqasijiet. Kull persuna għandha dritt għal prosekuzzjoni korretta u proċess ġust, u l-vittmi jistħoqqilhom ġustizzja sħiħa
Il-Partit Nazzjonalista jesprimi tħassib serju dwar l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar żball fil-kalkolu tal-piena mitluba mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Dan il-każ jerġa’ jqajjem tħassib dwar in-nuqqasijiet fil-prosekuzzjoni li ħarġu fil-beraħ matul l-aħħar snin. L-iżbalji għandhom konsegwenzi serji: jistgħu jċaħħdu lill-vittmi mill-ġustizzja u jistgħu jġiegħlu persuni jiffaċċjaw proċeduri li ma kellhomx jitressqu kontrihom.
Il-PN qed jitlob miżuri konkreti biex jiġu evitati dawn in-nuqqasijiet. Kull persuna għandha dritt għal prosekuzzjoni korretta u proċess ġust, u l-vittmi jistħoqqilhom ġustizzja sħiħa.
Joe Giglio
Shadow Minister għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
05.11.2026