Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg jistieden lill-artisti Maltin għal diskussjoni miftuħa
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qed jistieden lill-artisti lokali u lil dawk kollha li jaħdmu fis-setturi kulturali u kreattivi f’Malta għal diskussjoni miftuħa nhar il-Ħadd, 15 ta’ Novembru fil-11am fil-Mediterranean College of Sport, f’Birkirkara.

Din il-laqgħa se tagħti l-opportunità lil dawk preżenti jaqsmu l-fehmiet u l-ideat, filwaqt li jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-futur tax-xena artistika u kulturali ta’ Malta.
“L-artisti tagħna jistħoqqilhom rikonoxximent, rispett u, fuq kollox, vuċi. Din id-diskussjoni hi opportunità biex nisimgħu lil dawk li jagħtu kontribut lill-kultura u l-kreattività f’Malta, nifhmu l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom u nisimgħu l-ideat tagħhom għall-futur”, qal Alex Borg.
“Il-vuċi tagħkom tgħodd u l-kontribut tagħkom jagħmel differenza. Inħeġġeġ lil kull min jaħdem f’dan is-settur biex jingħaqad magħna għal diskussjoni miftuħa u kostruttiva.”
Dawk li jixtiequ jattendu huma mitluba jirreġistraw minn din il-ħolqa: https://forms.pn.org.mt/r/Z9E59V
10.11.2026