Il-ħmar iwaħħal f’denbu
In-nies għandhom kull dritt ikunu jafu l-verità dwar ir-rapport li kiteb Clyde Caruana fejn wissa dwar ir-riperkussjonijiet li kien se jkollha ż-żieda fil-popolazzjoni.
In-nies għandhom kull dritt ikunu jafu l-verità dwar ir-rapport li kiteb Clyde Caruana fejn wissa dwar ir-riperkussjonijiet li kien se jkollha ż-żieda fil-popolazzjoni.
F’messaġġ fuq il-media soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qal li għaddiet ġimgħa mindu Clyde Caruana ħabbar li fl-2018 kien wissa lill-Gvern Laburista dwar il-konsegwenzi li kienet se ġġib din iż-żieda.
Clyde Caruana qal li ħabbat il-bibien kollha tal-Gvern, u b’hekk implika anke lil Robert Abela.
Ilbieraħ il-Prim Ministru, mistoqsi jekk rax dan ir-rapport, qal lill-ġurnalisti li jekk iridu jarawh għandhom jitolbuh lil Clyde Caruana.
Alex Borg qal li dan hu każ tal-ħmar iwaħħal f’denbu.
Il-Kap tal-PN qal li jekk Robert Abela m’għandux is-sinsla jistaqsi lil Clyde Caruana dwar dan ir-rapport, se jkun il-Partit Nazzjonalista li jistaqsi lil Caruana għal spjegazzjoni ċara dwar x’kien fih dan ir-rapport, lil min preżentah, u x’għamel il-Gvern Laburista dwar dan ir-rapport.
16.11.2026
Ara l-messaġġ tal-Kap tal-PN hawn.