13-il sena jgħaddi l-artisti biż-żmien

Wara sejba ta’ fdalijiet arkeoloġiċi, ix-xogħol fuq il-Villaġġ Artistiku kellu jitwaqqaf, iżda dan sar bil-ħabi, mingħajr biss l-artisti kienu jafu li seħħ dan.

Is-sentiment tal-Ministru dwar l-artisti nafu x’inhu; “erba’ xhur trawmatiċi”. Issa, jaħbilhom li twaqqaf ix-xogħol fuq il-Villaġġ Artistiku mwiegħed 13-il sena ilu

Wara sejba ta’ fdalijiet arkeoloġiċi, ix-xogħol fuq il-Villaġġ Artistiku kellu jitwaqqaf, iżda dan sar bil-ħabi, mingħajr biss l-artisti kienu jafu li seħħ dan.

Kien biss bis-saħħa ta’ mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Michael Piccinino li nkixef kif il-Gvern Laburista kien se jibqa’ jaħbi l-waqfien tax-xogħlijiet u t-trasferiment tal-fondi Ewropej mill-pubbliku u mill-artisti nfushom.

Jeħtieġ li l-Gvern jispjega:

  1. Għaliex ma informax lill-artisti u lid-dilettanti tal-Karnival dwar il-problemi li qed jaffettwaw dan il-proġett minkejja li l-Gvern u l-Minsitru ilhom jafu xhur?
  2. Għaliex il-Gvern baqa’ jaħbi din l-informazzjoni u kellha tkun Mistoqsija Parlamentari biex il-pubbliku jsir jaf li x-xogħlijiet twaqqfu u li l-€15-il miljun f’fondi Ewropej allokati għal dan il-proġett ġew trasferiti għal proġetti oħra?
  3. Meta sar jaf bil-problemi li wasslu għall-waqfien tax-xogħlijiet u għat-trasferiment tal-fondi Ewropej?
  4. Dan seħħ qabel l-elezzjoni? Jew wara l-elezzjoni ġenerali?
  5. Għaliex, minkejja li kien ilu xhur jaf b’dawn l-iżviluppi, il-Gvern ma ppreżentax alternattiva għal dawk milquta?

Dan huwa proġett li ilu mwiegħed mill-2013, meta kien inkluż fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista. Fl-2015 il-Gvern wiegħed li se jitlesta sal-2018, fl-2019 il-mira nbidlet għall-2020, u aktar riċenti l-Gvern indika l-2031 bħala d-data tat-tlestija. Issa sirna nafu li anke din id-data tista’ tinbidel.

Minkejja dan id-dewmien kollu, il-Partit Laburista reġa’ wiegħed dan il-proġett fil-manifest elettorali tiegħu għall-elezzjoni ġenerali tal-2026. Filwaqt li din hija t-tieni darba, li l-fondi Ewropej li kienu pjanati għal dan il-proġett qed jintuża’ għal xi proġett ieħor.

Waqt li l-wirt arkeoloġiku għandu jingħata importanza u protezzjoni assoluta, f’dan il-każ dan ma jiġġustifikax in-nuqqas ta’ trasparenza dovuta lill-pubbliku u b’rispett lejn il-fondi pubbliċi. Wara 13-il sena ta’ wegħdiet, l-artisti u d-dilettanti tal-Karnival jistħoqqilhom rispett, informazzjoni ċara u tweġibiet dwar meta dan il-proġett se jsir realtà.

Justin Schembri
Shadow Minister għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali

24.11.2026