Infakkru l-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa

Il-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ għal aktar investiment fil-prevenzjoni, edukazzjoni bbażata fuq ir-rispett u l-ugwaljanza u servizzi aktar b’saħħithom għall-vittmi. Jeħtieġ li nagħmlu aktar kemm f’termini ta’ edukazzjoni kif ukoll ta’ strutturi ta’ appoġġ għal kull min għandu bżonnhom.

Fil-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, il-Partit Nazzjonalista jfakkar li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru tibqa’ forma ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Sal-lum għad hawn nisa maqbudin f’sitwazzjonijiet ta’ abbuż mhux biss fiżiku, psikoloġiku jew sesswali, imma anke ekonomiku u diġitali.

Il-vjolenza kontra n-nisa hija problema soċjali li titlob rispons serju biex niżguraw li ma jkollniex aktar vittmi, b’mod partikolari minħabba s-sess jew il-ġeneru tagħhom. Irridu wkoll inħejju ruħna aħjar biex nindirizzaw forom ġodda ta’ vjolenza, b’mod partikolari dik diġitali.

Il-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ għal aktar investiment fil-prevenzjoni, edukazzjoni bbażata fuq ir-rispett u l-ugwaljanza u servizzi aktar b’saħħithom għall-vittmi. Jeħtieġ li nagħmlu aktar kemm f’termini ta’ edukazzjoni kif ukoll ta’ strutturi ta’ appoġġ għal kull min għandu bżonnhom.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-vjolenza kontra n-nisa mhijiex inevitabbli u se jibqa’ impenjat favur politika li tħares lil kull persuna kif jixraq.

Graziella Attard Previ
Shadow Minister għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili

Marie Claire Zammit
President, Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN)

25.11.2026