Lura għall-membri

Galea, Beppe

Dwar l-MP

Shadow Minister għall-Volontarjat

Iben il-belt Victoria. Żagħżugħ b'għeruq sodi fil-Partit Nazzjonalista u b'esperjenza politika li ratu jokkupa diversi karigi kemm f'Malta kif ukoll fuq livell Ewropew fejn kien l-ewwel Malti li serva bħala President tal-European Democrat Students.

Għal dawn l-aħħar snin Beppe serva bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista fejn apparti numru ta' taħditiet bilaterali u assistenza internazzjonali lill-Kap Alex Borg, Beppe kien strumentali biex pajjiżna jospita l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew b'suċċess.

Gradwat b'Masters fl-Istrategic Management u Digital Marketing mill-Università ta’ Malta. Għawdxi li jaħdem fost numru ta' negozji Għawdxin bħala espert fuq pjattaformi diġitali u mezzi soċjali. Huwa attiv ferm fejn jidħlu s-setturi tal-volontarjat speċjalment fl-oqsma tal-kultura, żgħażagħ u edukazzjoni.

Għaliex Għawdex Prijorità għalih, din se tkun l-ewwel elezzjoni ġenerali tiegħu bl-aspirazzjoni tkun li jkun vuċi soda eqreb f'isem ir-residenti tat-13-il distrett.

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.