Caruana Cilia, Jerome
Dwar l-MP
Shadow Minister għall-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza
Ix-Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża Jerome Caruana Cilia, ġie elett fil-Parlament f’Marzu 2022. Huwa membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u tal-Kumitat Permanenti dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Affarijiet relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali.
Caruana Cilia huwa professjonist b’esperjenza fis-servizzi finanzjarji. Preċedentement kien jaħdem ma’ bank internazzjonali f’Malta, filwaqt li llum huwa responsabbli mir-Risk Management fi ħdan kumpanija ewlenija tal-FinTech. Huwa għandu Masters fil-Politika u d-degree tal-Unjoni Ewropea, fejn studja l-Ekonomija Politika, u għandu wkoll Master of Business Administration li kiseb b’distinction. Barra minn hekk, għandu Ċertifikat fis-Sostenibbiltà għall-Finanzi u Ċertifikat fil-FinTech għall-Mexxejja tal-Finanzi u tan-Negozju. Caruana Cilia huwa membru tal-Malta Institute of Management, tal-Malta Association of Risk Management, u membru tal-Institute of Leadership fir-Renju Unit.
Huwa wkoll lettur fil-qasam tal-management u l-finanzi, b’mod partikolari dwar regolamenti kontra l-ħasil tal-flus, is-superviżjoni u l-governanza korporattiva. Caruana Cilia ħa sehem b’mod attiv f’diversi konferenzi, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, l-aktar riċenti fil-Konferenza Interparlamentari dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni Ekonomika u l-Governanza fl-UE.
Tabone, Frank Anthony
Shadow Minister għal Għawdex
7934 3815
Vassallo Hagi, Ian
Kelliem għall-Kwalità tal-Ħajja
7930 6420
Zahra, Julie
Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
Zammit, George Vital
Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
9947 1420
Zammit, Stanley
Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet
7942 0956/7942 0596