Camilleri, John Baptist
Dwar l-MP
Kelliem għall-Avjazzjoni
John għandu 61 sena, miżżewweġ u għandu tlett it-tfal, ta' 31, 28 u 23 sena. Imwieled u jgħix Marsaskala, ħadem ghal 41 sena u spicca fil-grad ta' Supervisor Engineer mal-linja nazzjonali tal-ajru.
Kien jokkupa l-kariga ta' President tal-Assocjazzjoni tal-Inġiniera tal-Ajruplani. Għal dawn l-aħħar 30 sena kien parti mill-Kumitat PN Marsaskala u serva f’bosta karigi. Serva bhala aġent tal-Partit Nazzjonalista f'kull elezzjoni fil-Counting Ħall mill-1998 sal-lum.
Ilu jservi kwazi sa mill-bidu nett fil-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala, u fl-ewwel leġislatura serva bħala Viċi Sindku, waqt li fil-seba’ leġiżlaturi l-oħra kien il-Minority Leader tal-PN fil-lokalità. Serva wkoll bħala koordinatur tal-PN għall-elezzjonjiet fil-lokal tiegħu. Kien kandidat fuq it-Tielet Distrett għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 u 2022. Huwa membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN fejn jokkupa l-kariga ta’ rappreżentant tal-kunsillieri lokali għat-Tielet Distrett. Huwa kontributur fi programmi tar-radju u tat-televiżjoni fuq temi lokali u dawk politiċi, u oħrajn edukattivi bħal tagħrif dwar apparat elettriku. Il-passatempi tiegħu jinkludu l-ivvjaġġar u li jsiefer bil-karozza. Fis-sajf iħobb igawdi l-baħar mal-familja.
Tabone, Frank Anthony
Shadow Minister għal Għawdex
7934 3815
Vassallo Hagi, Ian
Kelliem għall-Kwalità tal-Ħajja
7930 6420
Zahra, Julie
Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
Zammit, George Vital
Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
9947 1420
Zammit, Stanley
Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet
7942 0956/7942 0596