Calleja Testaferrata de Noto, Miriana
Dwar l-MP
Kelliema għall-Koeżjoni Soċjali
Miriana Calleja Testaferrata de Noto hija żagħżugħa ta’ 30 sena, avukat b’enfasi fuq kwistjonijiet ċivili, kif ukoll gradwata fl-Istudji Ewropej. Hija daħlet fil-politika għax temmen li l-politika għandha tkun għodda ta’ servizz, bidla u tama, u mezz biex isservi ta’ vuċi għal dawk li ħafna drabi ma jinstemgħux biżżejjed.
Miriana temmen li l-politika għandha tibda min-nies u mill-ħtiġijiet tagħhom. Il-missjoni tagħha hija li tagħmel differenza konkreta fil-ħajja ta’ kuljum, b’mod speċjali f’oqsma li huma għal qalbha ħafna: is-saħħa mentali, iż-żgħażagħ u l-ambjent.
Hija tagħti importanza kbira lis-saħħa mentali, u temmen li din għandha tingħata l-istess prijorità bħas-saħħa fiżika. Għal Miriana, kull persuna għandha ssib appoġġ, rispett u dinjità meta tkun għaddejja minn mumenti diffiċli.
Miriana temmen ukoll fil-potenzjal kbir taż-żgħażagħ. Hija trid tkun vuċi favur aktar opportunitajiet, edukazzjoni b’saħħitha, impjiegi ta’ kwalità u spazji fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fit-tiswir tal-futur ta’ pajjiżna.
Bl-għarfien tagħha fil-liġi u fl-Istudji Ewropej, Miriana ġġib magħha perspettiva infurmata u moderna lejn il-politika. Fuq kollox, hija temmen f’politika li tkun viċin in-nies. Politika li tisma’, tifhem u taġixxi. L-għan tagħha hu li taħdem b’impenn u determinazzjoni biex kull persuna tħossha rappreżentata u mismugħa.
Tabone, Frank Anthony
Shadow Minister għal Għawdex
7934 3815
Vassallo Hagi, Ian
Kelliem għall-Kwalità tal-Ħajja
7930 6420
Zahra, Julie
Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
Zammit, George Vital
Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
9947 1420
Zammit, Stanley
Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet
7942 0956/7942 0596