Bezzina, Toni
Dwar l-MP
Assistent Whip u Shadow Minister għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel
Il-Perit Toni Bezzina kkontesta l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba fl-2013 u ġie elett fuq il-Ħames Distrett f’isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa reġa’ kkontesta u ġie elett mill-ġdid fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2017 u tal-2022. Serva bħala Shadow Minister għat-Trasport u l-Infrastruttura, Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd u wkoll bħala membru tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Bħalissa huwa Shadow Minister għat-Trasport, l-Agrikoltura u s-Sajd u huwa wkoll membru tal-Kumitat għall-Affarijiet ta’ Għawdex.
Fl-2004 iggradwa bħala Perit Arkitett u Inġinier Ċivili mill-Università ta’ Malta. Wara kompla l-istudji tiegħu fl-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi fejn kiseb Masters fl-Istudji Diplomatiċi.
Il-Perit Toni Bezzina huwa s-sieħeb prinċipali ta’ ACB Architects u ħadem ukoll fid-Dipartiment tat-Toroq, l-Awtorità tat-Trasport ta’ Malta u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Matul is-snin kiseb esperjenza vasta f’diversi oqsma relatati mal-Arkitettura, l-Inġinerija Ċivili u l-Inġinerija tat-Toroq, prinċipalment fid-disinn u l-implimentazzjoni ta’ proġetti nazzjonali fuq skala kbira.
Il-Perit Toni Bezzina huwa miżżewweġ lil Josette née Catania u għandhom tifla, Deborah, li hija miżżewġa lil Brandon Cilia.
Tabone, Frank Anthony
Shadow Minister għal Għawdex
7934 3815
Vassallo Hagi, Ian
Kelliem għall-Kwalità tal-Ħajja
7930 6420
Zahra, Julie
Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
Zammit, George Vital
Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
9947 1420
Zammit, Stanley
Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet
7942 0956/7942 0596