Ninvestu fis-saħħa tiegħek għax mas-saħħa m’hemmx kompromessi
AĦBAR

Ninvestu fis-saħħa tiegħek għax mas-saħħa m’hemmx kompromessi

• Aktar proposti għall-qasam tas-saħħa mill-Partit Nazzjonalista • Diġitalizzazzjoni tad-data tal-pazjenti f’sistema ċentralizzata msejħa Digital Front Door • Just-In-Time Command Centre biex ikun żgurat li s-servizzi jkunu qed jingħataw bl-aktar mod effiċjenti possibbli • Care Navigators biex il-pazjent ikollu punt ta’ referenza li jista’ jagħtih l-informazzjoni kollha marbuta ma’ appuntamenti, mediċini, referrals u aktar • Cancer Treatment Guarantee biex il-mediċini tal-kanċer ordnati mill-konsulent jingħataw b’xejn • Fit4Life Grant ta’ €300 għal smart watch liż-żgħażagħ marbut ma’ skema ta’ vouchers • Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-PN iwiegħed ukoll pagi aħjar għall-ħaddiema tas-saħħa; in-negozjati fuq pakkett finanzjarju ġdid jibdew fl-ewwel mitt jum

• Aktar proposti għall-qasam tas-saħħa mill-Partit Nazzjonalista

• Diġitalizzazzjoni tad-data tal-pazjenti f’sistema ċentralizzata msejħa Digital Front Door

• Just-In-Time Command Centre biex ikun żgurat li s-servizzi jkunu qed jingħataw bl-aktar mod effiċjenti possibbli

• Care Navigators biex il-pazjent ikollu punt ta’ referenza li jista’ jagħtih l-informazzjoni kollha marbuta ma’ appuntamenti, mediċini, referrals u aktar

• Cancer Treatment Guarantee biex il-mediċini tal-kanċer ordnati mill-konsulent jingħataw b’xejn

• Fit4Life Grant ta’ €300 għal smart watch liż-żgħażagħ marbut ma’ skema ta’ vouchers

• Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-PN iwiegħed ukoll pagi aħjar għall-ħaddiema tas-saħħa; in-negozjati fuq pakkett finanzjarju ġdid jibdew fl-ewwel mitt jum

Se nagħtu lill-Maltin u l-Għawdxin bidla radikali fis-saħħa – mhux biss fil-binjiet imma fil-lifestyle. Irridu mhux biss nikkuraw lill-pazjent imma rridu nipprevjenu. Irridu nagħtu kura aktar qrib tagħkom. Ma rridu li l-ebda pazjent jintilef fis-sistema.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kompla jħabbar aktar proposti tal-PN għall-qasam tas-saħħa:

  • Jiġu introdotti Care Navigators biex il-pazjent ikollu punt ta’ riferiment li jikkordinalu l-appuntamenti, ir-referrals, il-mediċini u servizzi u jiggwidah fis-servizzi tas-saħħa
  • Jitwaqqaf Just-In-Time Command Centre – ċentru li jikkontrolla li s-servizzi jkunu qed jingħataw f’ħinhom u f’waqthom, biex ikun segwit il-proċess kollu u naraw li ma jkunx hemm dewmien żejjed, li ma jkunx hemm bottlenecks fis-sistema, li jkun hemm użu effiċjenti tat-teatri, biex jonqos il-ħin ta’ stennija u ma jkunx hemm iffullar
  • Tibda sistema ta’ Digital Front Door – sistema waħda ċentrali tad-data tal-pazjenti biex ikun hemm kollox miġbur, ikkordinat u strutturat ghal aktar effijċjenza biex nimxu lejn sistema diġitalizzata. Dan jgħin biex ikunu eliminati żbalji
  • Ninċentivaw liż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-25 sena b’inizjattiva volontarja Fit4Life fejn dawn jingħataw grant ta’ €300 għal smart watch li jgħinhom iżommu ruħhom b’saħħithom. L-ismart watch jimmarka l-attività fiżika u  jkun marbut ma’ vouchers għal servizzi jew prodotti marbuta mal-attività fiżika.
  • Titnieda l-Cancer Treatment Guarnatee li tagħti garanzija li kull pazjent tal-kanċer li se jingħata l-kura kollha li għandu bżonn b’xejn. Il-mediċini kollha kontra l-kanċer jitpoġġew fuq il-formularju tal-Gvern u jingħataw b’xejn għax il-pazjent m’għandux iġorr ukoll il-piż finanzjarju tal-kura tiegħu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dawn il-proposti huma mibnija fuq ir-realtajiet tan-nies. Alex Borg qal li mas-saħħa m’hemmx kompromessi u li Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jagħti lin-nies is-servizzi tas-saħħa li jixirqilhom. Fl-aħħar 13-il sena l-Partit Laburista seraq lill-poplu fis-saħħa.

Hu fakkar fi wħud mill-proposti l-oħra għall-qasam tas-saħħa li tħabbru mill-PN f’din l-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali:

  • Biex titnaqqas id-dipendenza fuq Mater Dei ikun hemm netwerk sħiħ ta’ binjiet li joffru l-aqwa servizzi tas-saħħa. L-Isptar Mater Dei jibqa’ sptar għall-kura akuta imma jinbena sptar ġdid fit-Tramuntana ta’ Malta b’250 sodda, il-Paola Hub jiġi estiż għal sptar b’250 sodda oħra, Mater Dei jiġi estiż biex ilaħħaq mad-domanda, u jinbena sptar ġdid f’Għawdex b’400 sodda biex l-Għawdxin ikollhom l-aqwa kura
  • Jinbena Park Nazzjonali tas-Saħħa b’60 sodda; dan iċ-ċentru se jiffoka fuq il-prevenzjoni u fuq terapija ta’ riabilitazzjoni
  • Ninċentivaw aktar Maltin u Għawdxin biex jidħlu fis-servizzi tas-saħħa billi ngħollu l-istipendju daqs il-paga minima ta’ madwar €1,000 fix-xahar
  • Niġbdu lura lejn pajjiżna lill-professjonisti tas-saħħa billi nagħtuhom Tax Break ta’ ħames snin jekk jerġgħu lura biex jaħdmu f’Malta jew Għawdex

Il-Kap tal-PN qal ukoll li lill-ħaddiema tas-saħħa ma nagħtuhomx biss applawsi imma rridu nkomplu ninċentivawhom. Fl-ewwel mitt jum ta’ Gvern Nazzjonalista jibdew negozjati dwar pakkett finanzjarju ġdid għall-ħaddiema kollha tas-saħħa biex ikollhom kundizzjonijiet aħjar.

Gvern ġdid Nazzjonalista jrid jagħti s-saħħa lura lin-nies u se jagħti Nifs Ġdid lis-saħħa tiegħek.

Din il-konferenza tal-aħbarijiet ġiet indirizzata wkoll mill-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista Ray Gatt li qal li l-proposti kollha li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista jduru mal-pazjent. Servizzi tas-saħħa effiċjenti u effettivi huma servizzi ffukati fuq il-persuna. It-tnaqqis fil-ħin ta’ stennija huwa imortanti meta sal-lum għad hemm listi twal li jirriżultaw f’ħin ta’ stennija twila. Huwa tkellem ukoll dwar l-importanza ta’ koordinazjoni tajba u ta’ servizzi ta’ riabilitazzjoni tajbin għal pazjenti li jridu jkomplu jieħu terapija biex ifiqu kif suppost. Ray Gatt qal li jeħtieġ strateġija studjata għat-tkabbir ta’ Mater Dei kif qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista u mhux naqbdu canteens u librerija u ndawruhom fi swali. Huwa tkellem ukoll dwar l-importanza li ninċentivaw aktar ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u li s-servizzi tas-saħħa jkunu dejjem eqreb lejn il-pazjent.

Stephen Spiteri, ukoll kandidat tal-Partit Nazzjonalista, qal li s-saħħa kienet, għadha u tibqa’ l-ewwel prijorità. Il-PN dejjem kellu vizjoni fit-tul: bena l-Isptar Mater Dei – sptar state-of-the-art li Gvern Laburista snin ilu kien qal li kien zgħir wisq imma minkejja li żied il-popolazzjoni, ħallieh kif kien. Il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta pjan ta’ infrastruttura li tista’ tlaħħaq mad-domanda li żdiedet f’pajjizna. Huwa qal li Gvern Nazzjonalista poġġa lill-pazjent dejjem fiċ-ċentru. Xhieda oħra ta’ dan huwa ċ-Ċentru tal-Onkoloġija fejn il-PN ried jagħti l-aqwa kura lill-pazjenti tal-kanċer. Illum għandna pazjenti li mhux qed jingħataw il-kura li qed tingħata lil pazjenti bil-kanċer fl-Ewropa u li biex jieħdu din il-kura jridu jmorru jitolbuha lill-Community Chest Fund. Għalhekk il-Cancer Treatment Guarantee hija kruċjali – għaliex din tagħti lil pazjenti tal-kanċer il-garanzija li jieħdu l-aqwa kura għall-marda tagħhom b’xejn fuq il-formularju tal-Gvern.6

30.04.2026