Calculator tat-Taxxa Personali – Proposta PN
Kemm se tħallas taxxa taħt kull xenarju?
Qabbel it-taxxa annwali tiegħek taħt l-proposta tal-PN, ir-rati attwali tal-2026 u l-pjan tal-Labour 2028.
Dettall band b’band
Ara eżattament kif kull xenarju japplika t-taxxa fuq id-dħul tiegħek.
Sors: “Proposta PN” tirrifletti t-tax bands proposti mill-Partit Nazzjonalista u tinkludi r-rebate ta’ garanzija ta’ €1,200 minimu fis-sena. “Rati attwali” jirriflettu r-rati fis-seħħ taħt il-budget tal-2026. “Labour 2028” jirrifletti l-pjan imħabbar mill-Partit Laburista sal-2028 skond il-baġit tal-2026.
Mekkaniżmu tar-rebate: Bil-proposta tal-PN, kull persuna eliġibbli (impjegata, self-employed, jew pensjonant) għandha bħala minimu titjib ta’ €1,200 fis-sena fit-take-home pay tagħha. Meta r-reviżjoni tat-tax bands waħedha ma tasalx għal dan il-livell, id-differenza tinġabar bħala tax rebate — sabiex ħadd ma jibqa’ lura.
Nota dwar persuni waħedhom u koppji bla tfal taħt il-Labour 2028: id-dokument sors ma jispeċifikax tax bands separati għall-Labour 2028 għal dawn il-kategoriji, għalhekk ir-rati tal-2026 jintużaw bħala l-bażi tal-Labour 2028 għal dawn il-każijiet.
Avviż: Dan il-Calculator jikkunsidra t-taxxa fuq id-dħul biss u ma jinkludix kontribuzzjonijiet tan-NI, tax credits oħra, deduzzjonijiet, jew aġġustamenti oħra. Għal pariri personali, ikkonsulta professjonist tat-taxxa kkwalifikat.