Is-Settur Privat

Nifs ġdid lis-self-employed, l-SMEs, u l-industrija biex jikbru bla xkiel

L‑ekonomija Maltija hija mibnija primarjament fuq in‑negozji mikro u żgħar: il‑ħanut lokali, il‑mekkanik, l‑artiġjan, l‑importatur żgħir, in‑negozju tal‑familja, il‑kuntrattur żgħir, il‑professjonist, is‑self‑employed u l‑imprenditur li għadu jibda. Dawn mhumiex l‑eċċezzjoni, iżda l‑qalba u l‑pedament tal‑ekonomija Maltija.

Madankollu, għal ħafna minn dawn in‑negozji, il‑ħajja saret aktar diffiċli. Qed jiffaċċjaw spejjeż akbar, burokrazija tqila, aċċess limitat għall‑finanzjament, nuqqas ta’ ħaddiema mħarrġa u tal‑ħiliet, u kompetizzjoni inġusta minn operaturi akbar jew barranin bi strutturi u riżorsi li n‑negozju żgħir Malti ma jistax ilaħħaq magħhom.

Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg jagħti nifs ġdid lin‑negozju Malti – lis‑sidien tan‑negozji Maltin u Għawdxin.

Nifs ġdid ifisser inqas piżijiet u aktar ċans biex jikbru. Ifisser sistema tat‑taxxa aktar ġusta għan‑negozji mikro u żgħar, limiti tal‑VAT li jirriflettu r‑realtà tal‑lum, inqas mili ta’ formoli u karti, u regolamentazzjoni limitata għal dik meħtieġa. Ifisser ukoll aċċess aħjar għat‑teknoloġija, it‑taħriġ, l‑ispazju industrijali u l‑finanzjament. Ifisser qafas regolatorju fejn min jimxi skont il‑liġi jiġi mħeġġeġ mhux ippenalizzat, filwaqt li min jabbuża jiġi indirizzat b’mod effettiv.

Il‑proposti li qed nippreżentaw għas‑sidien tan‑negozji huma sempliċi u ġusti: negozju Malti li jaħdem, jinvesti u jħaddem jitqies bħala sieħeb fil‑ġid tal‑pajjiż. Mhux kulħadd jiflaħ jew għandu jsir multinazzjonali… iżda kull negozju mikro jew żgħir Malti għandu jkollu ċ‑ċans li jikber, iżid id‑dħul u l‑qligħ, jimpjega aktar nies, jiġġedded u jħallas pagi aħjar.

Dan huwa verament nifs ġdid għan‑negozji, għax ma nħarsux lejhom bħala sors ta’ taxxa jew konformità, iżda bħala msieħba li joħolqu x‑xogħol, id‑dħul, komunitajiet ħajjin u futur aħjar għall‑familji Maltin u Għawdxin.

Pjan ta' Azzjoni Aktar tkabbir u nifs ġdid lin‑negozju Malti

In‑negozji ż‑żgħar f’pajjiżna qed joperaw f’ambjent li ma jagħmilx distinzjoni reali bejn min hu żgħir u min hu kbir. Qed jiffaċċjaw spejjeż dejjem akbar, diffikultajiet biex jaċċessaw il‑fondi u piżijiet sproporzjonati tal‑konformità, filwaqt li jħallsu l‑istess rata tat‑taxxa fuq il‑kumpanija bħall‑entitajiet kbar li jgawdu minn ekonomiji ta’ skala, saħħa akbar ta’ negozjar, aċċess eħfef għall‑kapital, u l‑abbiltà li jassorbu riskji li n‑negozju ż‑żgħir ma jistax.

Jekk irridu negozji Maltin b’saħħithom, irridu nifhmu kemm hu kritiku li jingħataw l‑ispazju biex jieħdu n‑nifs u dan mingħajr dewmien. Għalhekk, Gvern ġdid Nazzjonalista se jpoġġi lin‑negozji mikro u żgħar fil‑qalba nett tat‑tkabbir ekonomiku ta’ Malta, b’qafas fiskali li jkun ġust, proporzjonat u orjentat lejn it‑tkabbir. Qafas li japprezza l‑intraprenditorija, iħalli spazju għal investiment mill‑ġdid u jippermetti lin‑negozji jikbru mingħajr biża’ li se jiġu ppenalizzati malli jibdew jirnexxu.

Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg inaqqas it‑taxxa tal‑kumpaniji għax jemmen li l‑investimenti li jagħmlu fin‑negozji tagħhom irendu aktar għalihom u s‑sistema tat‑tassazzjoni jeħtieġ tinċentivahom mhux toħnoqhom. Għaldaqstant jeħfiefu l‑piżijiet amministrattivi biex is‑self‑employed u s‑sidien tan‑negozji żgħar ikunu ffokati aktar fuq in‑negozju milli fuq il‑mili tal‑formoli li jista’ jiġi evitat. Is‑sidien tan‑negozji ż‑żgħar m’għandhomx jitpoġġew fl‑istess keffa ma’ operaturi akbar għax dawn jgħixu realtajiet differenti.

Aktar Proposti

Inqas burokrazija, aktar taħriġ u spazju biex tikber

07. Taħriġ lill‑impjegati ffinanzjat kompletament

Gvern ġdid Nazzjonalista se jestendi programmi approvati għal titjib fil‑ħiliet u taħriġ mill‑ġdid li jkunu mmexxija minn dawk li jħaddmu, biex l‑SMEs u s‑self‑employed ikunu jistgħu jinvestu fil‑ħiliet tal‑ħaddiema tagħhom mingħajr il‑piż finanzjarju li ħafna drabi ma jifilħux iġorru. Dawn il‑programmi se jiffokaw fuq ħiliet diġitali, tekniċi, maniġerjali u ekoloġiċi, biex nibnu forza tax‑xogħol aktar kompetittiva u ppreparata għall‑ekonomija tal‑futur.


08. 100 spazju industrijali ġdid u affordabbli għall‑intrapriżi

Noħolqu mqar 100 spazju industrijali ġdid b’kirjiet affordabbli fuq perjodu twil għall‑SMEs, għal skopijiet ta’ workshops, manifattura u attivitajiet oħra ta’ light industry. Isir awditjar tal‑proprjetà industrijali tal‑Gvern biex l‑ispazji li llum mhumiex użati jew qed jintużaw ħażin jiġu allokati għal attività produttiva u għall‑ħolqien tal‑impjiegi.


09. Awtorità indipendenti tal‑akkwist pubbliku

Inwaqqfu awtorità waħda, indipendenti u responsabbli quddiem il‑Parlament biex tissorvelja l‑akkwist pubbliku, tinvestiga l‑abbużi, tippubblika d‑deċiżjonijiet u tissimplifika l‑parteċipazzjoni fis‑sejħiet għall‑offerti sa €500,000. B’hekk, l‑SMEs ikollhom ċans aktar ġust jidħlu għal kuntratti pubbliċi.


10. Kummissarju għan‑negozji u l‑SMEs

Noħolqu Kummissarju Indipendenti għan‑Negozji fl‑Uffiċċju tal‑Ombudsman biex l‑intrapriżi jkollhom fejn jirrikorru meta jiltaqgħu ma’ dewmien bla bżonn, deċiżjonijiet arbitrarji jew trattament inġust minn awtoritajiet jew entitajiet pubbliċi. Dan il‑Kummissarju jkun obbligat jagħti rimedju jew risposta ċara fi żmien sa 30 jum, u jirrapporta pubblikament kull tliet xhur dwar il‑każijiet u r‑riżultati.

kontenut

Inqas burokrazija, aktar taħriġ u spazju biex tikber

Inqas burokrazija, aktar taħriġ u spazju biex tikber

07. Taħriġ lill‑impjegati ffinanzjat kompletament

Gvern ġdid Nazzjonalista se jestendi programmi approvati għal titjib fil‑ħiliet u taħriġ mill‑ġdid li jkunu mmexxija minn dawk li jħaddmu, biex l‑SMEs u s‑self‑employed ikunu jistgħu jinvestu fil‑ħiliet tal‑ħaddiema tagħhom mingħajr il‑piż finanzjarju li ħafna drabi ma jifilħux iġorru. Dawn il‑programmi se jiffokaw fuq ħiliet diġitali, tekniċi, maniġerjali u ekoloġiċi, biex nibnu forza tax‑xogħol aktar kompetittiva u ppreparata għall‑ekonomija tal‑futur.


08. 100 spazju industrijali ġdid u affordabbli għall‑intrapriżi

Noħolqu mqar 100 spazju industrijali ġdid b’kirjiet affordabbli fuq perjodu twil għall‑SMEs, għal skopijiet ta’ workshops, manifattura u attivitajiet oħra ta’ light industry. Isir awditjar tal‑proprjetà industrijali tal‑Gvern biex l‑ispazji li llum mhumiex użati jew qed jintużaw ħażin jiġu allokati għal attività produttiva u għall‑ħolqien tal‑impjiegi.


09. Awtorità indipendenti tal‑akkwist pubbliku

Inwaqqfu awtorità waħda, indipendenti u responsabbli quddiem il‑Parlament biex tissorvelja l‑akkwist pubbliku, tinvestiga l‑abbużi, tippubblika d‑deċiżjonijiet u tissimplifika l‑parteċipazzjoni fis‑sejħiet għall‑offerti sa €500,000. B’hekk, l‑SMEs ikollhom ċans aktar ġust jidħlu għal kuntratti pubbliċi.


10. Kummissarju għan‑negozji u l‑SMEs

Noħolqu Kummissarju Indipendenti għan‑Negozji fl‑Uffiċċju tal‑Ombudsman biex l‑intrapriżi jkollhom fejn jirrikorru meta jiltaqgħu ma’ dewmien bla bżonn, deċiżjonijiet arbitrarji jew trattament inġust minn awtoritajiet jew entitajiet pubbliċi. Dan il‑Kummissarju jkun obbligat jagħti rimedju jew risposta ċara fi żmien sa 30 jum, u jirrapporta pubblikament kull tliet xhur dwar il‑każijiet u r‑riżultati.

Kapital, suq u esportazzjoni

Kapital, suq u esportazzjoni

11. Riforma fil‐likwidità tal‐Borża ta’ Malta

Nintroduċu market makers, liquidity backstop u inċentivi għall‐fornituri privati tal‐likwidità biex il‐Borża ta’ Malta ssir aktar attraenti għall‐kumpaniji u l‐investituri. Din tgħin lin‐negozji jikbru permezz ta’ kapital lokali, mhux biss permezz ta’ self bankarju.


12. Stock options għall‐impjegati tal‐istartups

Nintroduċu qafas fiskali fejn it‐taxxa fuq stock options titħallas biss fuq il‐qligħ meta l‐ishma jinbiegħu, mhux meta jingħataw jew jiġu eżerċitati. B’hekk l‐istartups ikunu jistgħu jattiraw it‐talent anke jekk ma jkunux jistgħu jikkompetu fuq is‐salarji mal‐kumpaniji kbar.


13. Apprendistati kondiviżi għall‐SMEs

Noħolqu korp ċentrali li jqabbel it‐trainees u l‐appredistati ma’ diversi SMEs u jġorr parti mill‐piż amministrattiv. B’dan il‐mod, in‐negozji żgħar ikunu jistgħu jibnu ħiliet lokali mingħajr il‐piż ta’ struttura tal‐HR kumplessa, filwaqt li ż‐żgħażagħ jiksbu esperjenza reali fuq il‐post tax‐xogħol.


14. Fond ta’ €50 miljun għall‐intrapriżi mikro Maltin

Bis‐saħħa ta’ Fond ta’ €50 miljun, ninvestu direttament fl‐intrapriżi mikro u l‐imprendituri Maltin li jagħnu lis‐setturi produttivi eżistenti. Dan il‐Fond jagħtihom l‐għodda biex jinvestu f’tagħmir modern, jiddiġitalizzaw, jespandu u joħolqu impjiegi sostenibbli f’pajjiżna.


15. Network ta’ mentors għall‐istartups

Inwaqqfu network nazzjonali ta’ konsulenti multidixxiplinarji, aċċessibbli fuq helpline bla ħlas u punt uniku tal‐kuntatt. L‐istartups u n‐negozji ġodda jkollhom gwida prattika dwar il‐finanzi, it‐taxxa, il‐proprjetà intellettwali, ir‐riżorsi umani, il‐branding, l‐esportazzjoni u l‐governanza biex ikunu jistgħu jibnu l‐kumpanija tagħhom fuq sisien sodi mingħajr l‐ispiża ta’ konsulenza għalja.

Diġitalizzazzjoni, talent u innovazzjoni

Diġitalizzazzjoni, talent u innovazzjoni

16. SME Digital Pass

Nintroduċu SME Digital Pass li jipprovdi pakkett diġitali bażiku lil kull SME eliġibbli, inkluż software essenzjali, helpline apposta u taħriġ prattiku. Dan jgħin lill‐iżgħar negozji jidħlu b’mod gradwali u sigur fil‐kontabbiltà diġitali, is‐CRM, il‐kummerċ elettroniku u l‐ġestjoni tal‐proċessi, mingħajr biża’ jew spiża kbira.


17. Viżi lill‐fundaturi u r‐riċerkaturi ta’ kwalità

Inwaqqfu qafas selettiv ta’ viżi biex Malta tattira fundaturi, riċerkaturi u professjonisti tekniċi ta’ livell għoli li joħolqu proprjetà intellettwali, impjiegi u innovazzjoni. Din il‐politika mhix dwar il‐volum, iżda dwar it‐talent ta’ valur reali li jsaħħaħ l‐ekonomija Maltija.


18. Kliniċi tal‐proprjetà intellettwali

Noffru kliniċi speċjalizzati biex in‐negozji u l‐kreattivi jkollhom gwida esperta bla ħlas fuq il‐patents, it‐trademarks, il‐copyright u l‐kummerċjalizzazzjoni tal‐proprjetajiet intellettwali. Wisq ideat Maltin jitilfu l‐valur tagħhom għax ma jiġux protetti fil‐ħin – aħna nbiddlu din ir‐realtà.


19. Living Labs f’Malta u Għawdex

Noħolqu Living Labs – ambjenti għal ittestjar fil‐ħajja reali – b’data, sensuri u governanza ċara biex il‐prodotti u s‐soluzzjonijiet ġodda jiġu ttestjati qabel jitqiegħdu fis‐suq. Għawdex, b’mod partikolari, jista’ jsir bażi ideali għal ittestjar tal‐mobbiltà, l‐enerġija nadifa u servizzi diġitali innovattivi.


20. National Skills Compact

Nistabbilixxu National Skills Compact – ftehim li jorbot lill‐Gvern, l‐industrija, il‐unions, l‐Università, l‐MCAST u l‐fornituri tat‐taħriġ – biex il‐ħiliet li noħolqu jkunu jaqblu mal‐ħtiġijiet reali tal‐ekonomija. Skills mapping annwali jsir obbligu effettiv, mhux eżerċizzju formali fuq il‐karta.


21. “Made in Malta” – marka premium nazzjonali

Noħolqu l‐marka “Made in Malta” bħala sinjal ta’ kwalità għall‐prodotti u s‐servizzi Maltin li jilħqu standards għoljin tal‐oriġini, tas‐sengħa u tal‐awtentiċità. Tingħata għajnuna fid‐disinn, il‐branding, il‐proprjetà intellettwali, id‐distribuzzjoni u l‐promozzjoni internazzjonali biex il‐valur miżjud Malti jasal fis‐suq dinji. Ġustizzja fis‐suq u inqas spejjeż

Inqas spejjeż

Inqas spejjeż

22. Reviżjoni tal‑imposti bankarji u tas‑SEPA

Fl‑ewwel 100 jum inniedu reviżjoni indipendenti tal‑imposti bankarji, biex l‑imposti eċċessivi jew li jmorru kontra l‑prinċipji tal‑kompetizzjoni jitneħħew jew jiġu riformati. Fl‑istess waqt, mill‑1 ta’ Jannar 2027 jitneħħew l‑imposti SEPA, biex l‑SMEs ma jibqgħux penalizzati meta jibagħtu jew jirċievu pagamenti fl‑Unjoni Ewropea.


23. Trattament fiskali uniformi għall‑ħwienet

Niżguraw li kull attività kummerċjali bl‑imnut f’Malta – kemm Maltija kif ukoll barranija – tkun suġġetta għall‑istess trattament tat‑taxxa fuq id‑dħul. Bis‑saħħa ta’ dispożizzjonijiet kontra l‑abbuż se jingħalqu strutturi u arranġamenti li jagħtu vantaġġ kompetittiv inġust kontra n‑negozju Malti li jopera onestament u li jħallas it‑taxxi tiegħu lokalment.

Koperattivi u Mudell ta’ Ekonomija Soċjali

Koperattivi u Mudell ta’ Ekonomija Soċjali

24. Fond ta’ kofinanzjament għall‐koperattivi

Inwaqqfu Fond apposta biex jgħin lill‐koperattivi jkopru l‐parti tal‐kofinanzjament meħtieġa biex jieħdu sehem fi proġetti Ewropej, biex ma jibqgħux jitilfu opportunitajiet ta’ innovazzjoni, taħriġ, sostenibbiltà u żvilupp rurali.


25. Malta Co‐operative Futures Fund

Inniedu Fond ġdid biex jipprovdi seed capital, self b’rati vantaġġużi u appoġġ tekniku lill‐koperattivi ġodda f’oqsma bħall‐kura, l‐enerġija, id‐diġitali, l‐ikel u s‐servizzi professjonali. Il‐koperattivi jsiru pilastru ġdid tal‐ekonomija Maltija.


26. Liġi moderna għall‐banek u finanzjament koperattiv

Nirrivedu l‐qafas legali biex nagħtu spazju għall‐iżvilupp ta’ banek koperattivi u strumenti finanzjarji adattati għall‐koperattivi, biex aktar komunitajiet u SMEs ikollhom aċċess għal finanzjament ibbażat fuq il‐fiduċja u r‐relazzjoni fit‐tul.


27. Dritt għall‐koperattivi li joffru servizzi pubbliċi lokali

Nagħtu dritt ċar lill‐koperattivi u lill‐intrapriżi soċjali li jipparteċipaw fit‐tmexxija ta’ servizzi lokali bħall‐kura, l‐enerġija komunitarja u s‐servizzi soċjali, qabel dawn jispiċċaw awtomatikament fis‐suq privat tradizzjonali.


28. Skema ta’ worker buyouts

Noħolqu qafas legali u finanzjarju biex il‐ħaddiema jkunu jistgħu jixtru u jmexxu negozji vijabbli li s‐sidien tagħhom ikunu jridu jagħlqu jew ibigħu, biex inżommu l‐impjiegi, il‐ħiliet u l‐attività ekonomika fil‐komunitajiet tagħna.


29. Użu soċjali ta’ assi konfiskati u bini vojt

Noħolqu qafas biex il‐proprjetà konfiskata jew il‐bini pubbliku mhux użat jingħata prijorità lill‐koperattivi għal housing, kura, produzzjoni lokali u servizzi komunitarji. Dak li jiġi mill‐komunità jerġa’ jservi lill‐komunità.


30. Koperattivi fl‐iskejjel, fl‐MCAST u fl‐Università

Indaħħlu tagħrif dwar il‐koperattivi fil‐kurrikulu u nħeġġu l‐ftuħ ta’ koperattivi tal‐istudenti bħala laboratorji ħajjin ta’ tmexxija demokratika, intraprenditorija u responsabbiltà ċivika. Irridu ġenerazzjoni li taf tibni flimkien, mhux biss tikkompeti.


31. Ċentru ta’ appoġġ għall‐koperattivi

Inwaqqfu servizz wieħed ta’ appoġġ biex koperattivi ġodda u eżistenti jingħataw għajnuna legali, finanzjarja, diġitali u ta’ governanza. Ħafna inizjattivi tajbin ma jimxux ’il quddiem għax ma jkollhomx l‐appoġġ tekniku meħtieġ fil‐ħin.


32. Kunsilli lokali bħala mutur tal‐ekonomija koperattiva

Nagħtu rwol aktar attiv lill‐Kunsilli Lokali biex jiffaċilitaw il‐koperattivi komunitarji f’oqsma bħall‐enerġija, il‐kura, l‐ikel u l‐użu tal‐ispazji pubbliċi. L‐iżvilupp lokali għandu jinbena aktar minn isfel ’il fuq.

Niżżel il-PDF

Programm Elettorali

Agħżel kapitlu
Kapitli oħra
Is-Settur Privat
PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.