Ekonomija
Nifs ġdid u direzzjoni lill‑ekonomija: biex niġgeneraw il‑ġid
Il‑pjan politiku ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg jagħti nifs ġdid lil Malta u Għawdex għax iġedded il‑politika li fuqha tissejjes l‑ekonomija tagħna: minn waħda li tikber għax iżżid il‑volum, għal ekonomija li tikber għax toħloq il‑valur.
Irridu ekonomija li tinvesti fil‑ħiliet tan‑nies, fil‑produttività, fit‑teknoloġija, fl‑esportazzjoni u fir‑riċerka u l‑innovazzjoni. Irridu ekonomija li toħloq karrieri ta’ kwalità u li jħallsu tajjeb. B’dan il‑pjan irridu li l‑ġid li jinħoloq jasal għand il‑ħaddiem, il‑familja, iż‑żgħażagħ, il‑pensjonanti u s‑sidien tan‑negozji ż‑żgħar, u mhux jasal biss fil‑bwiet ta’ ftit persuni. Dan hu n‑nifs ġdid li Malta u Għawdex jeħtieġu: ekonomija li toħloq aktar ġid b’inqas pressjoni fuq il‑pajjiż, li ttejjeb il‑kwalità tal‑ħajja ta’ kuljum u tibni aktar tama fil‑ġejjieni. Hija direzzjoni ċara li qed jippreżenta l‑Partit Nazzjonalista, mibnija fuq investiment serju, fuq il‑ħiliet u d‑dedikazzjoni tal‑ħaddiema Maltin u Għawdxin, u fuq il‑fiduċja fin‑negozji li jridu jaħdmu u jinvestu hawn. Din hi l‑viżjoni tal‑Partit Nazzjonalista: ekonomija li taħdem għan‑nies, li toħloq opportunitajiet reali, li tippremja x‑xogħol u l‑bżulija, u li tħares lejn il‑futur b’sens ta’ tama, responsabbiltà u ġustizzja.
Dan il‑programm elettorali li jitwettaq minn Gvern ġdid immexxi minn Alex Borg tfassal fuq il‑prinċipji tar‑responsabbiltà fiskali u s‑sostenibbiltà fit‑tul, u jistrieħ ukoll fuq nefqa pubblika bil‑għaqal. Jeħtieġ inwaqqfu l‑ħela, inrażżnu l‑korruzzjoni u nġibu governanza serja fejn kull ewro jintuża għall‑ġid tal‑pajjiż, u mhux jintilef f’sistemi ineffiċjenti jew f’kuntratti li jiswew ferm aktar milli hemm bżonn. Il‑proposti f’dan il‑kapitlu, flimkien mal‑proposti l‑oħra fil‑programm elettorali, tfasslu biex l‑ekonomija toktor u tikber b’użu aħjar tar‑riżorsi tagħna, b’aktar attività u produttività fis‑setturi ekonomiċi, u b’inċentivi għal investimenti f’setturi ġodda li jikkreaw aktar ġid.
Permezz tal‑politika li rridu nħaddmu, il‑ġid li jinħoloq fl‑ekonomija jerġa’ lura għand in‑nies li joħolquh, biex b’hekk l‑ekonomija tassew tkun taħdem għall‑benefiċċju ta’ kulħadd: il‑familji, il‑ħaddiema, in‑negozji, iż‑żgħażagħ u l‑pensjonanti, tal‑lum u tal‑ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Pjan ta' Azzjoni
Tkabbir ekonomiku mibni fuq il‑ħiliet u l‑innovazzjoni, u li jagħti l‑istabbiltà
Il‑Partit Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg qed jippreżentalek pjan maħsub li jagħti direzzjoni ċara u nifs ġdid lill‑ekonomija ta’ pajjiżna. Dan il‑pjan juri kif, waqt li l‑ekonomija tikber u toħloq opportunitajiet ġodda u impjiegi b’pagi tajbin, inti tista’ tgawdi aktar stabbiltà, sigurtà u kwalità tal‑ħajja aħjar. Għalhekk, inti tinsab fil‑qalba tal‑politika ekonomika tagħna.
Nifs ġdid lill‑ekonomija ta’ pajjiżna jfisser ekonomija li taħdem għan‑nies. Impenjati li noħolqu setturi ekonomiċi ġodda li jipprovdu impjiegi ta’ kwalità u futur aħjar – mhux ekonomija li żżomm lin‑nies taħt pressjoni b’mudell mibni biss fuq il‑volum, popolazzjoni dejjem akbar u pagi baxxi.
Iċ‑ċifri li jippreżenta l‑Gvern Laburista qed jaħbu l‑pressjoni reali li jgħixu l‑Maltin, l‑Għawdxin u n‑negozji. Din hija r‑realtà li qed jaħbulek. Is‑salarju medju f’Malta hu €525 inqas fix‑xahar mill‑medja Ewropea. Il‑prezzijiet tal‑proprjetà splodew ’il fuq, filwaqt li l‑pagi ma żammewx il‑pass maż‑żidiet fl‑għoli tal‑ħajja. F’Malta, kważi 93,000 persuna – tfal, ħaddiema u pensjonanti – qed jgħixu f’riskju tal‑faqar. Is‑sehem tal‑pagi mill‑prodott domestiku gross qed kulma jmur jonqos. Aktar ma jgħaddi ż‑żmien, aktar żgħażagħ qed ifittxu li jitilqu minn pajjiżna.
Filwaqt li nkomplu nibnu u nsaħħu s‑setturi ekonomiċi produttivi li Malta għandha, irridu ngħinuhom jittrasformaw lejn attivitajiet ta’ valur miżjud akbar, biex nimxu pass ’il quddiem. Se noħolqu setturi ekonomiċi ġodda li jħaffu t‑tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna – setturi li jħallsu pagi aħjar, jipprovdu karrieri moderni u jiftħu opportunitajiet ġodda liż‑żgħażagħ, bla ma fl‑istess ħin iżidu l‑pressjoni fuq il‑popolazzjoni, it‑toroq, l‑ambjent, l‑infrastruttura u s‑sigurtà tal‑pajjiż. Din hija ekonomija aktar intelliġenti: tkabbir ibbażat fuq l‑għarfien, il‑ħiliet u l‑innovazzjoni, mhux fuq il‑kwantità biss.
Data, AI u New Space
01. Settur ekonomiku ġdid b’valur għoli
02. Liġi dwar l‑attivitajiet spazjali
03. Unità apposta għall‑iżvilupp ekonomiku tan‑New Space
04. Pjattaforma nazzjonali waħda għall‑konnettività
05. Status ta’ membru assoċjat mal‑ESA
06. Korsijiet ġodda fis‑setturi ekonomiċi ġodda
07. Ġenerazzjoni ta’ ġid ekonomiku u impjiegi ġodda
Hub Mediterranju għall‑enerġija marittima nadifa
08. Ċentru Mediterranju għal fuels marittimi nodfa f’Hurd’s Bank
09. Investiment privat bil‑Gvern jiffaċilita l‑investiment
10. Inneħħu t‑tanker minn Marsaxlokk
11. Inwaqqfu Hurd’s Bank Strategic Taskforce
12. Dħul finanzjarju mill‑investiment privat
Malta Homecoming Act
13. Eżenzjoni mit‑taxxa għal min jiġi lura jaħdem Malta
L‑akbar sfida ekonomika ta’ Malta llum mhijiex in‑nuqqas ta’ kapital, iżda n‑nuqqas ta’ talent. Il‑kumpaniji Maltin qed jitilfu l‑opportunitajiet, l‑investiment u l‑kuntratti għax mhux qed isibu biżżejjed nies b’ħiliet speċjalizzati. Fl‑istess ħin, bosta Maltin u Għawdxin tal‑esperjenza u bi kwalifiki sostanzjali qed jibnu l‑karrieri tagħhom barra minn pajjiżna. Dan irridu nbiddluh.Il‑Malta Homecoming Act tagħti eżenzjoni mit‑taxxa fuq id‑dħul personali għall‑ewwel ħames snin tal‑impjieg lill‑persuni Maltin jew iċ‑ċittadini tal‑UE b’ħiliet ta’ livell għoli li f’pajjiżna jkun hawn nuqqas kritiku tagħhom, skont National Strategic Skills List li tiġi aġġornata kull sena. Is‑setturi prijoritarji jinkludu l‑green economy, is‑saħħa, l‑innovazzjoni diġitali, l‑AI, is‑cybersecurity, il‑manifattura avvanzata, l‑inġinerija, il‑medtech, l‑R&D u oqsma oħra fejn in‑nuqqas ta’ ħiliet qed iżomm lura t‑tkabbir ekonomiku.
14. Skema ta’ benefiċċji għall‑ħaddiema u n‑negozji
Permezz ta’ din il‑liġi li jdaħħal Gvern ġdid Nazzjonalista, il‑kumpaniji Maltin ikunu jistgħu joffru pakketti finanzjarji aktar kompetittivi biex jattiraw talent ta’ livell għoli, bla ma jogħlew l‑ispejjeż tagħhom. Fl‑istess waqt, il‑ħaddiema Maltin jgawdu direttament minn mentoring, trasferiment tal‑għarfien, u standards professjonali aqwa fuq il‑post tax‑xogħol. Malta tkun tista’ tattira u twettaq proġetti li llum ma jistgħux isiru minħabba nuqqas ta’ ħiliet speċjalizzati. Dan minbarra li l‑pajjiż jirkupra parti mill‑investiment li għamel fl‑edukazzjoni u t‑taħriġ tan‑nies tiegħu, billidak il‑kapital uman jerġa’ jinbena u jinħoloq ġid il‑pajjiż stess.
Malta Homecoming Act
Malta Homecoming Act
13. Eżenzjoni mit‑taxxa għal min jiġi lura jaħdem Malta
L‑akbar sfida ekonomika ta’ Malta llum mhijiex in‑nuqqas ta’ kapital, iżda n‑nuqqas ta’ talent. Il‑kumpaniji Maltin qed jitilfu l‑opportunitajiet, l‑investiment u l‑kuntratti għax mhux qed isibu biżżejjed nies b’ħiliet speċjalizzati. Fl‑istess ħin, bosta Maltin u Għawdxin tal‑esperjenza u bi kwalifiki sostanzjali qed jibnu l‑karrieri tagħhom barra minn pajjiżna. Dan irridu nbiddluh.Il‑Malta Homecoming Act tagħti eżenzjoni mit‑taxxa fuq id‑dħul personali għall‑ewwel ħames snin tal‑impjieg lill‑persuni Maltin jew iċ‑ċittadini tal‑UE b’ħiliet ta’ livell għoli li f’pajjiżna jkun hawn nuqqas kritiku tagħhom, skont National Strategic Skills List li tiġi aġġornata kull sena. Is‑setturi prijoritarji jinkludu l‑green economy, is‑saħħa, l‑innovazzjoni diġitali, l‑AI, is‑cybersecurity, il‑manifattura avvanzata, l‑inġinerija, il‑medtech, l‑R&D u oqsma oħra fejn in‑nuqqas ta’ ħiliet qed iżomm lura t‑tkabbir ekonomiku.
14. Skema ta’ benefiċċji għall‑ħaddiema u n‑negozji
Permezz ta’ din il‑liġi li jdaħħal Gvern ġdid Nazzjonalista, il‑kumpaniji Maltin ikunu jistgħu joffru pakketti finanzjarji aktar kompetittivi biex jattiraw talent ta’ livell għoli, bla ma jogħlew l‑ispejjeż tagħhom. Fl‑istess waqt, il‑ħaddiema Maltin jgawdu direttament minn mentoring, trasferiment tal‑għarfien, u standards professjonali aqwa fuq il‑post tax‑xogħol. Malta tkun tista’ tattira u twettaq proġetti li llum ma jistgħux isiru minħabba nuqqas ta’ ħiliet speċjalizzati. Dan minbarra li l‑pajjiż jirkupra parti mill‑investiment li għamel fl‑edukazzjoni u t‑taħriġ tan‑nies tiegħu, billidak il‑kapital uman jerġa’ jinbena u jinħoloq ġid il‑pajjiż stess.
Mudell ekonomiku reżiljenti u sostenibbli
Mudell ekonomiku reżiljenti u sostenibbli
15. Pjan industrijali għall‑ekonomija ta’ valur għoli
Infasslu pjan industrijali ġdid u ffukat li jallinja l‑inċentivi, l‑iżvilupp tal‑ħiliet, ir‑riċerka u l‑innovazzjoni, kif ukoll l‑infrastruttura, mas‑setturi ta’ valur miżjud għoli. Il‑pjan jiffoka fuq oqsma strateġiċi biex Malta tibni tkabbir sostenibbli u kompetittiv fit‑tul.
16. Produttività qabel il‑volum
Ninċentivaw lin‑negozji jinvestu fit‑teknoloġija, id‑diġi‑ talizzazzjoni, it‑taħriġ u proċessi aktar effiċjenti, biex joħolqu aktar valur miżjud b’inqas dipendenza fuq xog‑ ħol b’valur baxx. B’dan il‑mod inwasslu għal ekonomija aktar produttiva, b’pagi aħjar, aktar kompetittività u inqas pressjoni fuq l‑infrastruttura u r‑riżorsi tal‑pajjiż.
17. e‑Residency għall‑imprendituri diġitali
Nintroduċu skema ta’ e‑Residency biex Malta tattira imprendituri diġitali u kumpaniji li jistgħu jmexxu n‑negozju tagħhom mill‑bogħod skont qafas regolatorju Malti. L‑iskema tkun ibbażata fuq identità diġitali sigura, proċessi aktar sempliċi għar‑reġistrazzjoni u l‑amministrazzjoni tal‑kumpaniji, u kontrolli sodi kontra l‑abbuż, il‑ħasil tal‑flus u l‑evażjoni fiskali.
18. Ritorn tal‑forum bejn il‑Gvern u s‑settur tas‑servizzi finanzjarji u servizzi relatati
Jerġa’ jitwaqqaf forum permanenti bejn il‑Gvern, l‑awtoritajiet u s‑settur privat biex jiġi żgurat djalogu strutturat u implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri li jsaħħu l‑kompetittività ta’ Malta. Dan il‑forum jidentifika sfidi u opportunitajiet, jipproponi aġġustamenti regolatorji u fiskali, u jarmonizza l‑proċessi biex Malta tibqa’ ġurisdizzjoni attraenti, prevedibbli u kompetittiva għal investimenti ta’ valur miżjud.
Produttività, ħiliet u teknoloġija għan‑nies
Produttività, ħiliet u teknoloġija għan‑nies
19. Vouchers tal‑AI u teknoloġija għall‑SMEs
Nagħtu €5,000 direttament lill‑SMEs biex jivvalutaw u jimplimentaw għodod teknoloġiċi u tal‑AI. Il‑fondi jingħataw qabel l‑investiment, mhux bħala kreditu tat‑taxxa wara, biex jintlaħqu wkoll l‑intrapriżi mikro li ma jkollhomx cashflow qawwi.
20. Ninċentivaw ġimgħa ta’ erbat ijiem
Meta negozju juri b’mod ċar li, b’investiment fit‑teknoloġija u proċessi ġodda, jista’ jżomm l‑istess livell ta’ output b’inqas sigħat tax‑xogħol, Gvern ġdid Nazzjonalista jappoġġa proġetti pilota ta’ ġimgħa ta’ erbat ijiem bil‑paga sħiħa. Il‑produttività tfisser ħajja aħjar għall‑ħaddiema u għall‑familji tagħhom, mhux biss aktar profitt.
21. Skills Wallet ta’ €1,000 kull tliet snin
Kull ċittadin Malti adult jingħata wallet diġitali ta’ €1,000 kull tliet snin għal taħriġ akkreditat. Il‑flus ikunu disponibbli bil‑quddiem biex ma jkunx meħtieġ li wieħed iħallas minn butu mbagħad jistenna rifużjoni. L‑għażla tkun tal‑individwu, mhux biss ta’ min iħaddem.
Innovazzjoni, R&D u setturi diġitali
Innovazzjoni, R&D u setturi diġitali
22. Mira għar‑riċerka u l‑iżvilupp: minn 1% għal 2% tal‑GDP sal‑2030
Nistabbilixxu mira fil‑liġi biex l‑investiment fir‑riċerka u l‑iżvilupp jilħaq it‑2% tal‑GDP sal‑2030. Inwaqqfu Fond Nazzjonali tal‑Innovazzjoni bi €30 miljun fl‑ewwel sena u norbtu l‑R&D ma’ sħubijiet bejn in‑negozji u l‑istituzzjonijiet edukattivi.
23. Bank Malti għat‑tkabbir u l‑innovazzjoni
Inbiddlu l‑Bank Malti għall‑Iżvilupp f’Bank Malti għat‑Tkabbir u l‑Innovazzjoni li jkun iffukat fuq koinvestimenti u seed funding għall‑AI, il‑fintech, il‑medtech, il‑clean‑tech u l‑istartups. Il‑Gvern ma jagħżilx rebbieħa; jaqsam ir‑riskju bikri biex jattira l‑kapital privat.
24. Sovranità tal‑enerġija u teknoloġija ekoloġika
Nimmiraw għal 50% enerġija rinnovabbli sal‑2030 permezz ta’ ġenerazzjoni tal‑enerġija offshore mir‑riħ u solari, ġenerazzjoni solari minn fuq il‑bjut, u energy sharing. Inħarsu lejn il‑green tech bħala industrija ta’ esportazzjoni u mhux biss bħala spiża ambjentali.
25. Hub ta’ AI kreattiva u wirt kulturali
Noħolqu s‑settur tal‑CultureTech biex il‑wirt, il‑kreattività, il‑gaming, il‑midja immersiva u l‑AI jinbidlu fi prodotti diġitali u proprjetà intellettwali li jistgħu jinbiegħu globalment. Il‑kultura ssir ukoll opportunità ekonomika sostenibbli għall‑artisti.
26. Gvern bl‑AI u identità diġitali waħda
Innaqqsu b’40% il‑ħin medju tat‑tranżazzjonijiet mal‑Gvern fi żmien sentejn. Kull Ministeru jelimina l‑aktar proċessi li jaħlu ħin, u ċ‑ċittadin ma jerġax jintalab dokument li l‑Gvern diġà għandu.
27. Eżenzjoni fuq il‑qligħ kapitali tal‑fundaturi
Il‑fundaturi tal‑istartups Maltin eliġibbli jiġu eżentati mit‑taxxa fuq l‑ewwel €500,000 ta’ qligħ kapitali mill‑bejgħ tal‑ishma, jekk il‑kumpanija tkun ilha topera f’Malta mqar tliet snin u ħolqot impjiegi Maltin.
28. Kreditu tat‑taxxa għall‑angel investors
L‑investituri Maltin li jinvestu f’kumpaniji teknoloġiċi fi stadju bikri jingħataw kreditu tat‑taxxa ta’ 35% fuq l‑investimenti sa €150,000 fis‑sena. Hekk titneħħa l‑lakuna tal‑kapital bikri li qed iżomm lura lil ħafna startups.
29. Eżenzjoni tad‑dazju fuq l‑importazzjonijiet teknoloġiċi
It‑tagħmir, il‑komponenti u s‑software speċjalizzat għar‑riċerka u l‑iżvilupp, it‑teknoloġija ekoloġika u l‑AI kreattiva jiġu eżentati mid‑dazju fuq l‑importazzjoni. Hekk jonqos l‑iżvantaġġ tal‑kumpaniji Maltin li jimportaw għodod li pajjiżi akbar jipproduċu f’pajjiżhom.
Finanzi pubbliċi sostenibbli
Finanzi pubbliċi sostenibbli
30. Qafas fiskali multiannwali
Nippubblikaw pjan fiskali kredibbli u trasparenti, b’miri ċari u marbuta biż‑żmien fuq id‑defiċit, id‑dejn u t‑tkabbir fl‑infiq pubbliku. Dan il‑pjan jagħti stabbiltà finanzjarja u fiduċja ekonomika sostenibbli, isaħħaħ il‑fiduċja tal‑familji u n‑negozji, u jibni reputazzjoni ta’ responsabbiltà ekonomika fis‑swieq u mal‑istituzzjonijiet internazzjonali.
31. Il‑Fond tal‑Futur ta’ Malta
Nistabbilixxu qafas legali għal fond nazzjonali tal‑ġenerazzjonijiet futuri, li jiġi ffinanzjat minn parti mid‑dħul tal‑assi nazzjonali u mid‑dividendi ta’ entitajiet pubbliċi. Il‑fond jibda jintuża b’mod gradwali meta l‑finanzi pubbliċi jilħqu livell sostenibbli, biex niżguraw responsabbiltà fiskali llum u viżjoni fit‑tul għal għada.
32. Kunsill Konsultattiv Fiskali msaħħaħ
Insaħħu l‑Malta Fiscal Advisory Council b’regola ta’ “tikkonforma jew tispjega”, riżorsi aħjar u mandat biex jirrevedi l‑proġetti maġġuri qabel jiġu approvati. Id‑dixxiplina fiskali trid issir ir‑regola, mhux biss bil‑kliem.
33. Pjan ta’ stabbilizzazzjoni tad‑dejn pubbliku
Nintroduċu pjan għal perjodu medju biex jonqsu żidiet fid‑dejn, jitħarsu l‑investiment kapitali essenzjali u titneħħa n‑nefqa mhux produttiva. Il‑finanzi pubbliċi jkunu tassew onesti mal‑ġenerazzjonijiet futuri.
Enerġija, kapital u setturi strateġiċi
Enerġija, kapital u setturi strateġiċi
34. Krediti tat‑taxxa għat‑tnaqqis tal‑karbonju
Nagħtu krediti trasferibbli għal investiment f’binijiet residenzjali u kummerċjali li jnaqqsu l‑impronta tal‑karbonju, marbuta ma’ titjib fil‑klassifiki tal‑EPC u tnaqqis verifikat fil‑konsum tal‑enerġija.
35. Insaħħu s‑settur marittimu u tal‑avjazzjoni
Is‑settur marittimu u s‑settur tal‑avjazzjoni saru pilastri importanti tal‑ekonomija ta’ pajjiżna. Madankollu, il‑Gvern Laburista ma rnexxilux jibni strateġija ċara u sostenibbli għal dawn is‑setturi. Gvern ġdid Nazzjonalista jiżgura li Transport Malta ssostni t- trasport fuq l-art u joħloq żewġ awtoritajiet għas- settur marittimu u l‑avjazzjoni filwaqt li jkompli jippromwovihom biex jattira aktar investiment.
Gvern Nazzjonalista jaħdem ukoll mal‑operaturi privati f’dawn is‑setturi u magħhom ifassal pjan fit‑tul li jagħti direzzjoni ċara u impenn min‑naħa tal‑Gvern.
36. Żona ta’ aċċelerazzjoni ekonomika għal Għawdex
Noħolqu qafas speċjali għal Għawdex biex in‑negozji li jirrilokaw l‑operazzjonijiet primarji u parti sostanzjali mill‑forza tax‑xogħol tagħhom lejn Għawdex igawdu rata aktar baxxa ta’ taxxa fuq il‑kumpaniji, soġġetta għall‑approvazzjoni dwar l‑għajnuna mill‑Istat. Dan biex noħolqu impjiegi ta’ kwalità f’Għawdex.
37. Hub għall‑ekonomija l‑blu
Nagħtu inċentivi lis‑settur privat biex jiżviluppa teknoloġiji marittimi, monitoraġġ tal‑baħar, akkwakultura innovattiva, port tech u riċerka marittima. Il‑baħar għandu jsir sors ta’ impjiegi ta’ kwalità u esportazzjoni.