Saħħa u Sport

L‑investiment f’saħħtek: l‑akbar impenn tagħna biex int tgħix aħjar

Irridu pajjiż isbaħ u ambjent b’saħħtu, fejn kull Malti u Maltija jgħixu aktar attivi, reżiljenti u b’saħħithom. Tabilħaqq, dan hu n‑nifs ġdid li rridu nagħtu lill‑pajjiż. Biex jikseb dan, il‑Partit Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg qed jippreżenta pjan ta’ azzjoni fejn is‑saħħa u l‑isport jitqiesu bħala pilastri strateġiċi li jtejbu l‑kwalità tal‑ħajja tiegħek u ta’ dawk għeżież għalik.

L‑investiment fis‑saħħa tiegħek jibqa’ l‑akbar impenn tagħna, għax hu fundamentali biex inti tgawdi ħajtek bl‑aħjar mod possibbli.

 

Għalhekk irridu sistema li tippromwovi s‑saħħa fiżika, mentali u emozzjonali tul il‑ħajja kollha. B’ekonomija li tikber, Gvern ġdid Nazzjonalista jinvesti bil‑kbir fil‑prevenzjoni u r‑riabilitazzjoni, filwaqt li b’inizjattivi ġodda nsaħħu l‑kultura sportiva u nħeġġu l‑parteċipazzjoni wiesgħa fost in‑nies ta’ kull età.

Għandna r‑rieda politika li nżommu standards għoljin kemm fis‑saħħa kif ukoll fl‑isport. Ma’ saħħtek m’hemmx kompromessi: kull nefqa trid issir bil‑għaqal biex ttejjeb il‑kwalità ta’ ħajtek. L‑isport, min‑naħa tiegħu, mhux attività sekondarja iżda parti essenzjali minn stil ta’ ħajja aktar sana. Jista’ jkun ukoll settur ekonomiku importanti li jiftaħ opportunitajiet ġodda, b’mod li l‑introjtu tiegħu jiġi investit aktar fit‑tfal u ż‑żgħażagħ tagħna.

Pjan ta' Azzjoni Insarrfu l‑wegħdi tagħna f’inizjattivi li jtejbu l‑ħajja tiegħek

Dan il‑pjan ta’ azzjoni fis‑saħħa għandu l‑għan li jagħti nifs ġdid lil dan is‑settur. Dan in‑nifs ġdid jibda mill‑kwalità tal‑arja li nieħdu, sal‑kura medika fin‑network tal‑isptarijiet, u jinkludi kemm il‑prevenzjoni kif ukoll l‑attività fiżika li ttejjeb is‑saħħa.

Il‑pjan hu li niżviluppaw sistema tas‑saħħa li mhux biss tikkura l‑mard, iżda li tħares, issaħħaħ u ttejjeb il‑benesseri fiżiku, mentali u emozzjonali tul il‑ħajja kollha. Se ninvestu fil‑prevenzjoni, fl‑intervent bikri u fir‑riabilitazzjoni, biex innaqqsu l‑pressjoni fuq l‑isptarijiet u ntejbu l‑kwalità tal‑ħajja tan‑nies. Dan jeħtieġ bidla fundamentali minn mudell li jirreaġixxi għall‑mard għal wieħed li jipprevjeni l‑mard.

Se noħolqu network modern ta’ kura li jinkludi sptarijiet ġodda u speċjalizzati, kif ukoll faċilitajiet apposta għall‑prevenzjoni, ħalli l‑problemi tas‑saħħa jiġu indirizzati minn kmieni. B’dan il‑pjan, ir‑riskju tal‑mard jonqos u n‑nies igawdu kwalità ta’ ħajja aħjar.

Inizjattiva ewlenija f’dan il‑qasam se tkun il‑ħolqien ta’ Park Nazzjonali tas‑Saħħa – Ċentru ta’ Lifestyle u Rijabilitazzjoni, li jgħaqqad il‑prevenzjoni, is‑saħħa fiżika u mentali u r‑riabilitazzjoni f’ambjent naturali u aċċessibbli għal kulħadd. Dan se jservi bħala pilastru ċentrali tas‑sistema tas‑saħħa.

L‑isport jaqdi rwol kruċjali f’din il‑viżjoni. Aħna narawh mhux biss bħala attività rikreattiva, iżda anki bħala mezz biex nibnu soċjetà aktar sana, dixxiplinata u ambizzjuża. Pajjiż li jinvesti fl‑isport hu pajjiż li jemmen fil‑potenzjal tan‑nies tiegħu – kemm għall‑benesseri kif ukoll għall‑eċċellenza.

Din hu l‑pjan tagħna għal Malta: pajjiż fejn tgħix aħjar, tkun aktar b’saħħtek, u tkun taf li tista’ sserraħ fuq sistema tas‑saħħa soda u moderna. Fuqna tista’ sserraħ.

Aktar Proposti

Biex int tinqeda fil‑ħin u b’dinjità, bi dritt

11. Pjan kontra l‑iffullar fl‑isptarijiet

L‑iffullar fl‑isptarijiet qed iwassal għal dewmien fil‑kura u pressjoni fuq il‑pazjenti, fuq il‑ħaddiema u fuq is‑servizzi. Se nimplimentaw pjan kontra l‑iffullar li jinkludi żieda fil‑kapaċità, koordinazzjoni aħjar bejn is‑servizzi u tisħiħ tal‑kura fil‑komunità. Il‑bini ta’ sptarijiet ġodda se jkun kruċjali biex titnaqqas il‑pressjoni fuq Mater Dei u titjieb l‑esperjenza tal‑pazjent.


12. Eliminazzjoni tal‑waiting lists permezz ta’ sistema fil‑ħin reali

Inwaqqfu Just‑In‑Time Command Centre li jimmaniġġja l‑operazzjonijiet, il‑cancellations, l‑imaging, il‑konsultazzjonijiet speċjalizzati u l‑użu tat‑teatri fil‑ħin reali. L‑għan hu li l‑waiting lists jiġu indirizzati b’mod sistematiku, effiċjenti u jinqatgħu.


13. Ċentri reġjonali ta’ kura urġenti u dijanjostika

Insaħħu ċ‑ċentri tas‑saħħa ewlenin biex joffru kura urġenti, dijanjostika u proċeduri minuri fl‑istess post, b’ħinijiet estiżi. Dan joħloq “front door” reali barra l‑isptarijiet akuti u jnaqqas il‑pressjoni fuq Mater Dei.


14. Sistema “Treat and Refer” aktar effiċjenti

Insaħħu r‑rwol tal‑paramediċi biex jindirizzaw każijiet fuq il‑post u jirreferu direttament lejn servizzi xierqa, mingħajr ma jkollhom għalfejn iduru awtomatikament fuq l‑isptar. Dan inaqqas il‑piż fuq id‑Dipartiment tal‑Emerġenza u jtejjeb ir‑rispons tas‑sistema


15. Discharge planning u follow‑up fil‑komunità

Kull pazjent li joħroġ mill‑isptar ikollu pjan ta’ discharge ikkoordinat u follow‑up ċar fil‑komunità. Dan inaqqas ir‑readmissions fl‑isptar, isaħħaħ il‑kontinwità tal‑kura u jtejjeb il‑koordinazzjoni bejn is‑servizzi.


16. Żieda fil‑kapaċità tal‑ICU u l‑HDU

Inżidu s‑sodod fl‑ICU u l‑HDU b’apparat modern u staff speċjalizzat, biex is‑sistema tas‑saħħa tkun aktar reżiljenti għal emerġenzi u kriżijiet tas‑saħħa.


17. Faċilitajiet ta’ riabilitazzjoni u kura intermedja

Nespandu s‑servizzi ta’ riabilitazzjoni u kura intermedja barra mill‑isptarijiet akuti, biex il‑pazjenti li m’għadhomx jeħtieġu kura intensiva ma jibqgħux jokkupaw sodod akuti bla bżonn.


18. Mudell integrat ta’ kura “one‑stop” għall‑pazjent u l‑familja

Nimplimentaw mudell fejn it‑terapija, ir‑riabilitazzjoni u s‑servizzi ta’ appoġġ jingħaqdu f’esperjenza waħda kontinwa. Dan inaqqas il‑frammentazzjoni tas‑servizzi u jtejjeb il‑koordinazzjoni tal‑kura, b’approċċ li jinkludi wkoll lill‑familja.


19. Żieda fl‑ambulanzi u s‑servizz tal‑paramediċi

Ninvestu f’aktar ambulanzi, staff u sistemi moderni ta’ dispatch biex jitnaqqsu l‑ħinijiet ta’ rispons. Servizz ta’ emerġenza effiċjenti hu essenzjali biex il‑pazjent jirċievi kura fil‑ħin u b’mod sigur.

kontenut

Biex int tinqeda fil‑ħin u b’dinjità, bi dritt

Biex int tinqeda fil‑ħin u b’dinjità, bi dritt

11. Pjan kontra l‑iffullar fl‑isptarijiet

L‑iffullar fl‑isptarijiet qed iwassal għal dewmien fil‑kura u pressjoni fuq il‑pazjenti, fuq il‑ħaddiema u fuq is‑servizzi. Se nimplimentaw pjan kontra l‑iffullar li jinkludi żieda fil‑kapaċità, koordinazzjoni aħjar bejn is‑servizzi u tisħiħ tal‑kura fil‑komunità. Il‑bini ta’ sptarijiet ġodda se jkun kruċjali biex titnaqqas il‑pressjoni fuq Mater Dei u titjieb l‑esperjenza tal‑pazjent.


12. Eliminazzjoni tal‑waiting lists permezz ta’ sistema fil‑ħin reali

Inwaqqfu Just‑In‑Time Command Centre li jimmaniġġja l‑operazzjonijiet, il‑cancellations, l‑imaging, il‑konsultazzjonijiet speċjalizzati u l‑użu tat‑teatri fil‑ħin reali. L‑għan hu li l‑waiting lists jiġu indirizzati b’mod sistematiku, effiċjenti u jinqatgħu.


13. Ċentri reġjonali ta’ kura urġenti u dijanjostika

Insaħħu ċ‑ċentri tas‑saħħa ewlenin biex joffru kura urġenti, dijanjostika u proċeduri minuri fl‑istess post, b’ħinijiet estiżi. Dan joħloq “front door” reali barra l‑isptarijiet akuti u jnaqqas il‑pressjoni fuq Mater Dei.


14. Sistema “Treat and Refer” aktar effiċjenti

Insaħħu r‑rwol tal‑paramediċi biex jindirizzaw każijiet fuq il‑post u jirreferu direttament lejn servizzi xierqa, mingħajr ma jkollhom għalfejn iduru awtomatikament fuq l‑isptar. Dan inaqqas il‑piż fuq id‑Dipartiment tal‑Emerġenza u jtejjeb ir‑rispons tas‑sistema


15. Discharge planning u follow‑up fil‑komunità

Kull pazjent li joħroġ mill‑isptar ikollu pjan ta’ discharge ikkoordinat u follow‑up ċar fil‑komunità. Dan inaqqas ir‑readmissions fl‑isptar, isaħħaħ il‑kontinwità tal‑kura u jtejjeb il‑koordinazzjoni bejn is‑servizzi.


16. Żieda fil‑kapaċità tal‑ICU u l‑HDU

Inżidu s‑sodod fl‑ICU u l‑HDU b’apparat modern u staff speċjalizzat, biex is‑sistema tas‑saħħa tkun aktar reżiljenti għal emerġenzi u kriżijiet tas‑saħħa.


17. Faċilitajiet ta’ riabilitazzjoni u kura intermedja

Nespandu s‑servizzi ta’ riabilitazzjoni u kura intermedja barra mill‑isptarijiet akuti, biex il‑pazjenti li m’għadhomx jeħtieġu kura intensiva ma jibqgħux jokkupaw sodod akuti bla bżonn.


18. Mudell integrat ta’ kura “one‑stop” għall‑pazjent u l‑familja

Nimplimentaw mudell fejn it‑terapija, ir‑riabilitazzjoni u s‑servizzi ta’ appoġġ jingħaqdu f’esperjenza waħda kontinwa. Dan inaqqas il‑frammentazzjoni tas‑servizzi u jtejjeb il‑koordinazzjoni tal‑kura, b’approċċ li jinkludi wkoll lill‑familja.


19. Żieda fl‑ambulanzi u s‑servizz tal‑paramediċi

Ninvestu f’aktar ambulanzi, staff u sistemi moderni ta’ dispatch biex jitnaqqsu l‑ħinijiet ta’ rispons. Servizz ta’ emerġenza effiċjenti hu essenzjali biex il‑pazjent jirċievi kura fil‑ħin u b’mod sigur.

Servizzi għalik fil‑komunità u fil‑kumdità ta’ darek

Servizzi għalik fil‑komunità u fil‑kumdità ta’ darek

20. Aktar testijiet u rwol estiż għat‑tobba tal‑familja

Insaħħu r‑rwol tat‑tobba tal‑familja billi nagħtuhom aktar awtonomija biex jordnaw testijiet dijanjostiċi, inkluż imaging u testijiet tad‑demm, b’riżultati aċċessibbli direttament għalihom. B’hekk it‑tobba tal‑familja jsiru koordinaturi ċentrali tal‑kura, li jtejbu d‑dijanjożi bikrija u jnaqqsu l‑piż minn fuq l‑isptarijiet.


21. Twassil tal‑mediċini fid‑djar tal‑anzjani

Nimplimentaw tassew servizz nazzjonali li jwassal il‑mediċini b’xejn fid‑djar tal‑anzjani, biex jittaffew il‑piżijiet li għandhom u titjieb il‑konvenjenza u l‑aderenza għall‑kura. Din tkun miżura implimentata fl‑ewwel sena ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista.


22. Timijiet multidixxiplinari fil‑komunità

Nintroduċu timijiet multidixxiplinari li joperaw fiċ‑ċentri tas‑saħħa u fil‑komunità, biex il‑pazjenti jinqdew b’mod aktar effiċjenti u qrib darhom. Dan inaqqas il‑ħtieġa ta’ riferimenti lejn l‑isptarijiet u jtejjeb il‑koordinazzjoni tal‑kura


23. Check‑ups regolari għall‑anzjani fil‑komunità

Nintroduċu servizzi regolari ta’ skrinjar u monitoraġġ għall‑anzjani u persuni vulnerabbli, għall‑pressjoni, id‑dijabete, in‑nifs u kundizzjonijiet oħrajn, permezz ta’ kliniċi mmexxija mill‑infermieri fi ħdan il‑komunitajiet. L‑informazzjoni tkun integrata ma’ sistemi diġitali bħal myHealth biex jiġi żgurat follow‑up aħjar.


24. Espansjoni tas‑servizz Hospital‑at‑Home

Nespandu s‑servizzi ta’ kura fid‑dar għall‑pazjenti b’mard kroniku jew mobbiltà limitata. Timijiet mediċi u infermiera jipprovdu monitoraġġ u trattament fid‑dar, biex jonqsu r‑riferimenti lejn l‑isptar u titjieb il‑kwalità tal‑ħajja tal‑pazjenti.


25. Servizzi terapewtiċi għat‑tfal fil‑komunità

Nespandu s‑servizzi terapewtiċi għat‑tfal, inkluż tal‑ispeech therapy, l‑occupational therapy u l‑psikoloġija, fil‑lokalitajiet madwar il‑pajjiż. Dan jippermetti intervent bikri u jnaqqas il‑waiting lists għall‑familji.


26. Alleanzi nazzjonali tas‑saħħa bil‑parteċipazzjoni tal‑pazjenti

Nibnu alleanzi nazzjonali tematiċi bħal Diabetes Alliance, Heart Health Alliance u Cancer Alliance, li jiġbru flimkien lil pazjenti, NGOs, professjonisti u policymakers. Kull alleanza jkollha fond annwali apposta favur il‑prevenzjoni, l‑edukazzjoni u s‑servizzi fil‑komunità, b’governanza ċara u accountability.


27. Aktar servizzi u għajnuna għal persuni bid‑diabete

Inkomplu nestendu s‑servizz tal‑Continuous Glucose Monitoring (CGM) mhux biss għall‑persuni li għandhom id‑Dijabete Type 1 imma wkoll lill‑persuni li huma Type 2. Inħaffu l‑proċess li bih qed issir ir‑roll out tal‑insulin pumps biex dawn jibdew jintużaw minn kull min hu Type 1 jew insulin dependent Type 2.

Niġġieldu l‑kanċer b’aktar qilla

Niġġieldu l‑kanċer b’aktar qilla

28. Tisħiħ tas‑servizzi tal‑iskrinjar kontra l‑kanċer

Inwettqu pjan usa għall‑prevenzjoni u l‑iskrinjar ta’ tipi differenti ta’ kanċer, skont l‑aqwa standards Ewropej. Dan isaħħaħ il‑koordinazzjoni bejn l‑isptarijiet, is‑servizzi komunitarji u r‑riċerka klinika, ħalli l‑każijiet jinqabdu aktar kmieni u titjieb ir‑rata ta’ trattament b’suċċess.


29. Kimoterapija fid‑dar lill‑pazjenti eliġibbli

Nespandu s‑servizz tal‑kimoterapija fid‑dar għall‑pazjenti li huma klinikament eliġibbli, bl‑appoġġ ta’ timijiet multidixxiplinari u monitoraġġ kontinwu. Dan inaqqas ir‑riferimenti lejn l‑isptar u jtejjeb ġmielha l‑kwalità tal‑ħajja tal‑pazjenti.


30. Procurement ċentralizzat tal‑mediċini tal‑kanċer

Nintroduċu sistema ċentralizzata ta’ procurement tal‑mediċini tal‑kanċer biex niżguraw aċċess stabbli, negozjar aħjar tal‑prezzijiet u sostenibbiltà fit‑tul tas‑sistema tas‑saħħa


31. Appoġġ multidixxiplinari lill‑pazjenti bil‑kanċer

Insaħħu s‑servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku, nutrizzjoni klinika u riabilitazzjoni biex il‑kura tal‑kanċer tkun aktar ħolistika, u tiffoka mhux biss fuq il‑marda nnifisha iżda anki fuq il‑benesseri tal‑pazjenti u tal‑familja tagħhom


32. Espansjoni tas‑servizzi tal‑kura paljattiva

Nespandu s‑servizzi tal‑kura paljattiva kemm fl‑isptar kif ukoll fil‑komunità, inkluż bis‑saħħa tal‑NGOs, biex il‑pazjenti b’mard serju jkollhom kura b’kompassjoni, dinjità u appoġġ kontinwu.


33. Tisħiħ tar‑riċerka klinika fl‑onkoloġija

Insaħħu l‑kapaċità ta’ Xjenza Malta, l‑Università ta’ Malta u s‑servizzi tas‑saħħa biex tiżdied il‑parteċipazzjoni fir‑riċerka klinika internazzjonali fil‑qasam tal‑kanċer. Insaħħu wkoll il‑monitoraġġ tal‑iżviluppi globali biex il‑pazjenti Maltin ikollhom aċċess bikri għal trattamenti innovattivi u terapiji ġodda. Gvern ġdid Nazzjonalista jinċentiva wkoll lill‑istudenti u lir‑riċerkaturi biex jaħdmu fuq il‑prevenzjoni u l‑kura tal‑kanċer.


34. Safe Shield għall‑pazjenti bil‑kanċer

Nintroduċu l‑inizjattiva Safe Shield, biex il‑pazjenti bil‑kanċer, b’mod partikolari dawk bi dgħjufija fis‑sistema immunitarja, ma jibqgħux jitħallew jistennew fl‑istess spazji ma’ pazjenti b’infezzjonijiet jew mard li jista’ jpoġġi l‑ħajja tagħhom f’riskju. F’mumenti bħal dawn, qed inwiegħdu li l‑pazjenti bil‑kanċer isibu attenzjoni u kura urġenti li jipproteġu s‑saħħa u l‑ħajja tagħhom bid‑dinjità.

Din l‑inizjattiva tbiddel mill‑qiegħ il‑mod kif is‑servizz tal‑emerġenza jilqa’ lill‑pazjenti vulnerabbli: minn sistema waħda għal kulħadd, nimxu lejn kura aktar intelliġenti, aktar koordinata u aktar sikura.


35. Żona protetta fid‑Dipartiment tal‑Emerġenza

Nintroduċu fast‑track jew żoni protetti għall‑pazjenti bil‑kanċer u għall‑pazjenti bi dgħjufijiet immunitarji, biex ma jiġux imġiegħla jistennew f’żoni iffullati u esposti għall‑infezzjonijiet. Qed inwiegħdu triage dirett, kmamar protetti jew żoni apposta, skont pjan imfassal mill‑professjonisti mediċi.


36. Standard mediku tal‑Golden Hour

Niżguraw li l‑pazjenti onkoloġiċi li jidħlu fid‑Dipartiment tal‑Emerġenza b’sintomi kritiċi bħal deni, infezzjoni suspettata jew uġigħ qawwi jingħataw prijorità klinika ċara. L‑għan hu li, meta jkun meħtieġ, jingħataw antibijotiċi jew trattament speċjalizzat għall‑uġigħ f’inqas minn 60 minuta mill‑wasla tagħhom


37. Sistema waħda integrata

Nimplimentaw sistema diġitali sigura li permezz tagħha l‑pazjent jew it‑tim mediku tiegħu jkollhom sommarju kliniku essenzjali disponibbli minnufih għat‑tobba tal‑emerġenza. Il‑pazjenti fi kriżi m’għandhomx għalfejn jirrepetu l‑istorja medika tagħhom darba wara l‑oħra. Hekk tiżdied il‑privatezza, jonqsu l‑iżbalji u titjieb il‑kwalità tad‑deċiżjonijiet kliniċi.


38. Prevenzjoni, edukazzjoni u appoġġ lill‑familji

Ninvestu fi programmi ta’ edukazzjoni għall‑pazjenti u l‑familji tagħhom dwar kif jagħrfu sinjali bikrin ta’ kumplikazzjonijiet, meta għandhom jikkuntattjaw lill‑helpline, u kif jimmaniġġjaw ċerti sitwazzjonijiet minn darhom b’mod sikur. L‑aqwa mod biex tindirizza emerġenza hi dik li tevitaha b’pariri tajbin, intervent bikri u kura kkoordinata.

Insaħħu l‑prevenzjoni

Insaħħu l‑prevenzjoni

39. Attività fiżika bħala parti mill‑kura

Nintegraw l‑attività fiżika fil‑kura primarja permezz ta’ exercise‑referral schemes minn tobba u professjonisti tas‑saħħa għall‑persuni b’riskju ta’ obeżità, dijabete, mard tal‑qalb u problemi ta’ saħħa mentali. Dan jagħmel l‑eżerċizzju parti strutturata mill‑prevenzjoni, u mhux biss parir ġeneriku.


40. Screening b’xejn għas‑saħħa fiżika u mentali tal‑ħaddiema u s‑self‑employed

Ir‑relazzjoni bejn il‑ħaddiema u x‑xogħol ma tistrieħx biss fuq il‑pagi li bi Gvern Nazzjonalista jiżdiedu b’aktar attività ekonomika u ħolqien ta’ impjiegi ġodda b’pagi ogħla. Għall‑Partit Nazzjonalista s‑saħħa tal‑ħaddiema hi fundamentali fil‑kwalita’ tal‑ħajja. Indaħħlu programm ta’ screening b’xejn għall‑ħaddiema kollha biex jieħdu ħsieb aktar is‑saħħa fiżika u mentali tagħhom. Dan il‑programm ta’ screening b’xejn ikun japplika wkoll għas‑self‑employed.


41. Arja aktar nadifa għal saħħa aħjar

Insaħħu l‑monitoraġġ tal‑kwalità tal‑arja u nintroduċu pjanijiet lokali ta’ mitigazzjoni tat‑tniġġis, b’mod partikolari fiż‑żoni fejn l‑impatt fuq it‑tfal, l‑anzjani u l‑persuni b’mard respiratorju hu qawwi. Il‑prevenzjoni tal‑mard respiratorju tibda mill‑kwalità tal‑arja fil‑lokalitajiet u t‑toroq tagħna.


42. Programm HEARTS għall‑kura primarja

Nimplimentaw il‑programm tal‑World Health Organization HEARTS fiċ‑ċentri tas‑saħħa u fil‑kura primarja, biex il‑persuni b’riskju ta’ pressjoni għolja, mard tal‑qalb, dijabete jew puplesija jingħataw screening, follow‑up u trattament standardizzat. Dan inaqqas l‑emerġenzi evitabbli u jnaqqas il‑pressjoni fuq l‑isptarijiet.

Is‑saħħa mentali u l‑wellbeing tiegħek

Is‑saħħa mentali u l‑wellbeing tiegħek

43. Mudell ġdid tas‑saħħa mentali integrat

Nimplimentaw mudell modern tas‑saħħa mentali li jintegra l‑prevenzjoni, il‑kura komunitarja u s‑servizzi in‑patient b’mod ikkoordinat. Dan jiżgura l‑kontinwità waqt il‑kura u appoġġ lill‑pazjent mingħajr interruzzjonijiet jew skossi.


44. Riċerka u data dwar is‑saħħa mentali

Ninvestu fir‑riċerka u fil‑ġbir sistematiku ta’ data dwar is‑saħħa mentali biex il‑politika li nwettqu tkun ibbażata fuq l‑evidenza u informazzjoni aġġornata. Dan jgħin biex is‑servizzi jitfasslu aħjar skont il‑bżonnijiet reali tal‑popolazzjoni.


45. Kampanja dwar is‑saħħa mentali

Nimplimentaw kampanja ta’ għarfien biex ilkoll nagħtu importanza xierqa lis‑saħħa mentali u nnaqqsu l‑istigma. Se nsaħħu wkoll il‑programmi tas‑saħħa mentali fuq il‑post tax‑xogħol u fil‑komunità biex innaqqsu l‑istress u l‑burnout, filwaqt li niffokaw fuq il‑prevenzjoni u l‑intervent bikri.


46. Appoġġ psikoloġiku aktar sod fl‑iskejjel

Insaħħu s‑servizzi ta’ counsellors u psikologi fl‑iskejjel biex jiġu indirizzati l‑bżonnijiet tas‑saħħa mentali tat‑tfal u ż‑żgħażagħ minn kmieni. Dan jgħin biex id‑diffikultajiet jinqabdu minn kmieni u jingħata l‑appoġġ meħtieġ fil‑ħin. Dan l-approċċ jikkumplimenta it-tagħlim ta’ metodi ta’ mindfulness u resilienza bħala aspetti ta’ prevenzjoni fl-iskejjel.

Sistema diġitali li ttejjeb l‑effiċjenza fil‑kura li tingħata

Sistema diġitali li ttejjeb l‑effiċjenza fil‑kura li tingħata

47. Sistema waħda integrata tar‑rekord elettroniku tal‑pazjenti

Se nikkonsolidaw u ngħaqqdu f’sistema waħda r‑rekords elettroniċi tal‑pazjenti bejn is‑servizzi pubbliċi, privati u tal‑komunità. Dan jiżgura li l‑informazzjoni medika tkun disponibbli b’mod sigur u fil‑ħin, u jtejjeb il‑kwalità u l‑kontinwità tal‑kura.

Insaħħu “digital front door” wieħed għas‑servizzi tas‑saħħa fejn il‑pazjent jista’ jaċċessa appuntamenti, riferimenti, riżultati u komunikazzjoni mas‑servizzi tas‑saħħa b’mod sempliċi u effiċjenti.


48. Telemediċina integrata fil‑kura ta’ kuljum

Nespandu l‑użu tat‑telemediċina fejn xieraq, b’mod partikolari għal follow‑ups u l‑kura għal kundizzjonijiet kroniċi, biex jitnaqqsu żjarat fl‑isptar mhux meħtieġa u jitjieb l‑aċċess għall‑pazjenti, inkluż f’Għawdex u ż‑żoni mbiegħda


49. Sigurtà u protezzjoni tad‑data tas‑saħħa

Insaħħu l‑istandards tas‑cybersecurity u l‑protezzjoni tad‑data tas‑saħħa biex niżguraw li kull informazzjoni sensittiva tal‑pazjenti tkun protetta u użata b’mod responsabbli, filwaqt li tinżamm il‑fiduċja fis‑sistema diġitali.


50. Innovazzjoni u intelliġenza artifiċjali fis‑saħħa

Nippromwovu innovazzjoni responsabbli fil‑medtech u l‑użu tal‑intelliġenza artifiċjali biex tappoġġa dijanjożi, ippjanar u riċerka, b’qafas ċar etiku u kliniku li jiżgura s‑sigurtà tal‑pazjenti.


51. MedTech Innovation Hub

Inwaqqfu MedTech Innovation Hub, launch lab u valorisation centre biex Malta tiżviluppa ekosistema ta’ innovazzjoni fis‑saħħa. Dawn joħolqu impjiegi ta’ kwalità, jattiraw l‑investiment u jżommu t‑talent Malti, b’kollaborazzjoni mal‑Università, l‑industrija u l‑isptarijiet.

Skola medika ġdida u żieda fl‑istipendji tal‑istudenti tas‑saħħa

Skola medika ġdida u żieda fl‑istipendji tal‑istudenti tas‑saħħa

52. Żieda fl‑istipendji għall‑istudenti fis‑settur tas‑saħħa

Insaħħu l‑appoġġ lill‑istudenti li jagħżlu karrieri fis‑saħħa billi nżidu l‑istipendju għal madwar €1,000 fix‑xahar għall‑istudenti tan‑nursing u korsijiet relatati mas‑saħħa. Din il‑miżura għandha l‑għan li tagħmel dawn il‑professjonijiet aktar attraenti, tgħin biex nattiraw aktar żgħażagħ lejn is‑settur, u ssaħħaħ il‑kapaċità ta’ Malta li tħarreġ il‑ħaddiema tagħha stess fis‑saħħa għall‑futur.


53. Skola medika ġdida fl‑Università ta’ Malta

Nibnu Skola Medika ġdida fl‑Università ta’ Malta biex tindirizza l‑pressjoni u n‑nuqqas ta’ spazju li llum qed jiffaċċjaw l‑istudenti tal‑korsijiet fis‑saħħa. Din l‑iskola ġdida tkun maħsuba esklussivament għat‑tagħlim, b’faċilitajiet moderni u separati mis‑servizzi kliniċi, biex l‑istudenti jitħarrġu f’ambjent xieraq u ta’ kwalità għolja. L‑iskola medika l‑ġdida se tkun mgħammra b’faċilitajiet avvanzati, inkluż librerija moderna, lecture halls b’teknoloġija edukattiva mill‑aktar riċenti, clinical simulation laboratories u tagħmir teknoloġiku ta’ livell għoli. Dan biex l‑istudenti jiksbu ħiliet prattiċi u kompetenzi li jwieġbu għall‑ħtiġijiet tas‑sistema tas‑saħħa moderna. Dan hu investiment fil‑futur tas‑saħħa f’Malta, biex inkomplu nżidu l‑kapaċità nazzjonali b’ħaddiema mħarrġa lokalment.

Ir‑rabta tagħna: qalb waħda mal‑ħaddiema tas‑saħħa li jagħtu kollox għall‑pazjenti

Ir‑rabta tagħna: qalb waħda mal‑ħaddiema tas‑saħħa li jagħtu kollox għall‑pazjenti

54. Pakkett finanzjarju ġdid għall‑ħaddiema tas‑saħħa

Fl‑ewwel 100 jum ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista, ninnegozjaw pakkett finanzjarju ġdid mal‑partijiet ikkonċernati kollha fis‑settur tas‑saħħa. Dan jinkludi kundizzjonijiet aħjar u titjib fid‑dħul biex nattiraw u nżommu l‑professjonisti fis‑sistema.


55. Żieda strateġika fil‑ħaddiema fis‑settur tas‑saħħa

Se nfasslu pjan biex jiżdiedu l‑ħaddiema fis‑settur tas‑saħħa u fid‑djar tal‑anzjani. Dan jantiċipa l‑bżonnijiet ta’ tobba, infermiera u professjonisti oħra biex is‑sistema tkun ippjanata b’mod sostenibbli u mhux ibbażata fuq soluzzjonijiet temporanji.


56. Nindirizzaw b’mod immedjat n‑nuqqas tal‑ħaddiema fis‑saħħa

Il‑pazjenti m’għandhomx ibatu minħabba nuqqas ta’ ħaddiema. Għalhekk se nindirizzaw il‑pressjoni immedjata fis‑sistema billi nneħħu temporanjament l‑ispejjeż kollha relatati mar‑reklutaġġ tal‑ħaddiema barranin fis‑settur tas‑saħħa, inkluż il‑permessi tax‑xogħol u l‑viżi. Din il‑miżura tibqa’ fis‑seħħ sakemm Malta jkollha biżżejjed professjonisti lokali.


57. Pjan għat‑taħriġ tal‑ispeċjalisti

Nintroduċu pjan strutturat għat‑taħriġ tal‑ispeċjalisti fis‑settur tas‑saħħa, biex Malta tkun tista’ tippjana u tipproduċi b’mod sostenibbli l‑konsulenti u l‑professjonisti meħtieġa għall‑ġejjieni. Dan il‑pjan jinkludi żieda fil‑postijiet tat‑taħriġ, aktar opportunitajiet ta’ speċjalizzazzjoni, u sistema aktar koordinata bejn l‑istituzzjonijiet edukattivi u l‑isptarijiet. L‑għan hu li nsaħħu wkoll is‑servizzi mmexxija mill‑konsulenti (consultant‑led services), intejbu l‑kwalità tal‑kura u nnaqqsu d‑dipendenza fuq ir‑reklutaġġ estern, filwaqt li nagħtu opportunitajiet ċari lill‑professjonisti Maltin ta’ progressjoni fil‑karriera tagħhom.


58. Progress fil‑karriera u taħriġ kontinwu

Nintroduċu strutturi ċari ta’ karriera u speċjalizzazzjoni għat‑tobba, l‑infermiera u professjonisti oħra. Insaħħu wkoll is‑sistema tal‑continuous professional development u r‑revalidation biex il‑professjonisti jibqgħu aġġornati u motivati tul il‑karriera tagħhom.


59. Kundizzjonijiet u ambjent tax‑xogħol aħjar

Ninvestu f’kundizzjonijiet tax‑xogħol aħjar fil‑faċilitajiet tas‑saħħa, inkluż staffing adegwat, prevenzjoni ta’ burnout u appoġġ għall‑benesseri tal‑ħaddiema. Sistema tas‑saħħa b’saħħitha tibda minn workforce imħarsa u rispettata.Inzidu l-meal bonus li huma ntitolati għalih l-ħaddiema tas-saħħa b’40%.


60. Rikonoxximent u valorizzazzjoni tal‑professjonisti tas‑saħħa

Nsaħħu r‑rikonoxximent tal‑ħaddiema tas‑saħħa permezz ta’ involviment volontarju akbar fid‑deċiżjonijiet u fil‑policy making, biex il‑kontribut tagħhom ikun verament rifless fis‑sistema.


61. Nattiraw lejn Malta speċjalisti li ħadmu barra

Biex nattiraw lura t‑talent lejn pajjiżna, lill‑ispeċjalisti Maltin li marru jaħdmu barra nagħtuhom ħames snin tax break jekk jiġu lura biex jaħdmu f’Malta.

Dinjità, drittijiet u standards

Dinjità, drittijiet u standards

62. Uffiċċju Nazzjonali għas‑Sikurezza tal‑Pazjent

Inwaqqfu Uffiċċju Nazzjonali għas‑Sigurtà tal‑Pazjent li jiffoka fuq l‑istandards, il‑prevenzjoni u t‑tagħlimiet minn inċidenti fuq livell nazzjonali. B’differenza mill‑Ombudsman, dan l‑Uffiċċju janalizza r‑riskji sistematiċi, jippubblika gwida u jrawwem kultura ta’ sikurezza fis‑servizzi pubbliċi u privati tas‑saħħa. Dan l-uffiċċju jaddotta u jtejjeb fuq l-iStrategija Nazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Pazjent li għada kif tnediet.


63. Patient Dignity Charter għal kull età

Nintroduċu Patient Dignity Charter bi standards ċari fuq il‑privatezza, l‑informazzjoni, il‑kunsens, l‑iġjene, l‑ikel, is‑silenzju, il‑komunikazzjoni u r‑rispett. Nemmnu li kull pazjent, minn tfal, sa adulti jew anzjani, għandu dritt fundamentali għal trattament b’dinjità u umanità.


64. Care Navigators / Patient Liaison Officers fl‑isptarijiet

Is‑sistema ta’ Care Navigators (Patient Liaison Officers) tiġi estiża biex tassisti lill‑pazjenti kollha b’mard serju, lill‑anzjani, lill‑persuni vulnerabbli, lill‑pazjenti tal‑kanċer u lill‑persuni b’kundizzjonijiet kroniċi. Dawn jgħinu fil‑koordinazzjoni tal‑appuntamenti, il‑mediċini, il‑follow‑ups u s‑servizzi fil‑komunità, kif ukoll jappoġġaw lill‑familji tagħhom


65. Kunsens infurmat u komunikazzjoni ċara fil‑kura

Niżguraw li kull pazjent jirċievi informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar id‑dijanjożi, l‑alternattivi ta’ trattament u r‑riskji. Il‑pazjenti jkollhom aċċess għal komunikazzjoni b’lingwa li jifhmu u appoġġ meta meħtieġ. Id‑deċiżjonijiet kliniċi jkunu maqsumin, trasparenti u bi spjegazzjonijiet li jinftiehmu minn persuni ordinarji.


66. Aktar mediċini b’xejn u aċċess usa’ għall‑kura

Inżidu l‑lista tal‑mediċini li jingħataw b’xejn għal diversi kundizzjonijiet mediċi. L‑aċċess għall‑mediċina għandu jkun ibbażat fuq il‑bżonn tal‑pazjent u mhux imfixkel minn burokrazija żejda, biex il‑kura tkun aktar moderna u ġusta.


67. Ċentru nazzjonali modern għad‑demm, iċ‑ċelloli u t‑tessuti

Se nżidu u naċċelleraw il‑kapaċità nazzjonali tal‑ħażniet tad‑demm, iċ‑ċelloli u t‑tessuti permezz ta’ infrastruttura moderna u aktar awtosuffiċjenza. Dan l‑investiment isaħħaħ il‑kura tal‑kanċer, l‑operazzjonijiet kirurġiċi u r‑reżiljenza ġenerali tas‑sistema tas‑saħħa.

Sport, inkluż għal saħħa fiżika u mentali

Sport, inkluż għal saħħa fiżika u mentali

68. Ministeru ddedikat għall‑Isport

Nistabbilixxu Ministeru ddedikat għall‑Isport biex il‑politika sportiva tingħata direzzjoni unika, aktar iffukata u investiment sostnut. L‑isport ma jibqax trattat bħala qasam sekondarju, iżda jsir pilastru nazzjonali b’governanza ċara u viżjoni fit‑tul.


69. Strateġija Nazzjonali għall‑Isport 2026-2035

Inniedu Strateġija Nazzjonali għall‑Isport 2026‑2035 li tgħaqqad is‑saħħa, l‑edukazzjoni, it‑turiżmu sportiv, il‑parteċipazzjoni u l‑ħolqien tal‑impjiegi. Din l‑istrateġija, imfassla b’konsultazzjoni mal‑partijiet ikkonċernati, tistabbilixxi miri ċari u indikaturi biex tissaħħaħ il‑professjonalità, il‑faċilitajiet u l‑prestazzjoni tas‑settur sportiv kollu.


70. Qafas regolatorju modern għall‑isport

Naġġornaw il‑qafas regolatorju tal‑isport biex niżguraw standards minimi ċari fil‑governanza, is‑salvagwardja, it‑trasparenza, l‑integrità u r‑responsabbiltà finanzjarja. Dan kollu jsir b’mod li jnaqqas il‑burokrazija u jsaħħaħ l‑effiċjenza u l‑fiduċja fis‑settur.

Sport fil‑komunità u aċċess għal kulħadd

Sport fil‑komunità u aċċess għal kulħadd

71. Aċċess pubbliku b’xejn għall‑faċilitajiet lokali

Meta l‑faċilitajiet ikollhom natura komunitarja, niżguraw ħinijiet regolari ta’ aċċess b’xejn għall‑familji u r‑residenti, b’mod organizzat.


72. Network ta’ gyms fl‑apert u parks attivi

Inzidu l-gyms fl‑apert, ċirkwiti tal‑ġiri u żoni tal‑eżerċizzju fil‑lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Dan jinkludi l‑ħolqien ta’ mill‑inqas 20 spazju ġdid kull sena biex aktar nies jagħmlu attività fiżika qrib darhom.


73. Faċilitajiet sportivi aċċessibbli għall‑anzjani

Naddattaw bosta faċilitajiet pubbliċi b’tagħmir, ħinijiet u programmi speċifiċi għall‑anzjani, biex nippromwovu l‑ħajja attiva, mobbiltà aħjar u titjib fis‑saħħa mentali permezz tal‑attività fiżika.


74. Programm tal‑isport informali

Noħolqu spazji pubbliċi għall‑isport urban u informali, inkluż 3×3 basketball, skating, cage football u calisthenics, biex nattiraw aktar żgħażagħ lejn attività fiżika anke barra l‑istrutturi tradizzjonali tal‑clubs.


75. Sport Connect – programmi komunitarji kontra l‑esklużjoni

Insaħħu l‑programmi sportivi fil‑komunità b’kollaborazzjoni mal‑Kunsilli Lokali u l‑NGOs biex l‑isport jintuża bħala għodda kontra l‑esklużjoni soċjali, il‑vizzji u l‑inattività, speċjalment fost iż‑żgħażagħ.

Sport fl‑iskejjel, studenti u żgħażagħ

Sport fl‑iskejjel, studenti u żgħażagħ

76. Standard minimu obbligatorju għall‑isport fl‑iskejjel

Nintroduċu standards minimi nazzjonali biex kull student ikollu aċċess għal spazju adegwat għall‑edukazzjoni fiżika mingħajr ma jixxekkel mis‑sitwazzjoni fil‑binja jew il‑lokalità tal‑iskola tiegħu.


77. Awditjar nazzjonali tal‑faċilitajiet sportivi fl‑iskejjel

Fl‑ewwel sena ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista jsir awditjar tekniku ta’ kull skola biex nidentifikaw in‑nuqqasijiet fejn jidħlu gyms, grawnds, changing rooms, showers u tagħmir sportiv, u nippreżentaw pjan ta’ prijorità għal investiment u titjib.


78. Tisħiħ tal‑edukazzjoni fiżika l‑iskejjel primarji

Insaħħu l‑kwalità u l‑konsistenza tal‑edukazzjoni fiżika fl‑iskejjel primarji billi nżidu l‑ħin effettiv għall‑attività fiżika u nsaħħu l‑involviment tal‑għalliema speċjalizzati.


79. Rabta sistematika bejn l‑iskejjel u l‑clubs sportivi

Noħolqu qafas strutturat ta’ kollaborazzjoni bejn l‑iskejjel, il‑clubs u l‑assoċjazzjonijiet biex it‑tfal ikollhom tranżizzjoni naturali mill‑PE lejn parteċipazzjoni attiva fi sport organizzat fil‑komunità.


80. Tisħiħ tal‑Iskola Nazzjonali tal‑Isport

Insaħħu l‑Iskola Nazzjonali tal‑Isport b’aktar postijiet, aktar investiment u pjan sportiv professjonali li jestendi wkoll għal‑livell post‑sekondarju.


81. Aċċess għal faċilitajiet sportivi f’Għawdex għall‑istudenti Għawdxin

L‑istudenti Għawdxin fl‑Iskola Nazzjonali tal‑Isport ikollhom aċċess aktar strutturat u regolari għall‑faċilitajiet sportivi f’Għawdex biex innaqqsulhom l‑iskariġġ u jitjieb it‑taħriġ tagħhom.


82. Programm ta’ student‑atleta

Nintroduċu programm biex l‑istudenti atleti ma jiġux penalizzati meta jirrappreżentaw lil Malta. Nipprovdu ċerti flessibbiltà fl‑eżamijiet, arranġamenti ta’ skedar mill‑ġdid tal-eżamijiet mingħajr ħlas, u rikonoxximent aħjar tal‑impenn sportiv tagħhom.


83. Programm nazzjonali għat‑talent sportiv

Nibdew konsultazzjoni mal‑assoċjazzjonijiet sportivi nazzjonali biex nidentifikaw u nsostnu t‑talent miċ‑ċokon bi scouting fl‑iskejjel u fil‑komunità, biex jinħoloq perkors serju u kontinwu mill‑grassroots sal‑elite.

Infrastruttura u faċilitajiet sportivi

Infrastruttura u faċilitajiet sportivi

84. Modernizzazzjoni tal‑infrastruttura sportiva

Nallokaw programm ta’ investiment fuq medda ta’ ħames snin biex nimmodernizzaw il‑faċilitajiet sportivi pubbliċi f’Malta u Għawdex ħalli nżidu l‑kwalità u l‑aċċessibbiltà.


85. Ċentru ta’ eċċellenza għall‑isport u l‑innovazzjoni

Noħolqu ċentru nazzjonali modern li jgħaqqad it‑taħriġ indoor, ix‑xjenza tal‑isport, l‑analitika performattiva u l‑appoġġ lill‑atleti. Dan ikun akkumpanjat minn Sport Data Centre biex Malta tiżviluppa niċċa ekonomika ġdida fir‑riċerka u l‑analiżi tad‑data sportiva.


86. Indoor hub multidixxiplinari ġdid

Nibnu indoor hub ieħor għal dixxiplini sportivi differenti biex l‑isport iżgħar ikollu spazju xieraq, slots regolari ta’ taħriġ, u kapaċità akbar biex jospita avvenimenti u training camps


87. Modernizzazzjoni tal‑Kumpless Sportiv tal‑Marsa

Inwettqu modernizzazzjoni tal‑Kumpless Sportiv tal‑Marsa biex jilħaq standards moderni ta’ taħriġ u ospitar, u jsaħħaħ il‑kapaċità ta’ Malta li tilqa’ kompetizzjonijiet u tħejji lill‑atleti għal livell għoli.


88. Trakka tal-karozzi

Gvern ġdid Nazzjonalista jagħmel it-trakka tal-karozzi għad-dilettanti ta’ dan l-isport.


89. Titoli u arranġamenti stabbli għall‑art sportiva

F’każ ta’ użu sportiv, nipprovdu arranġamenti stabbli fit‑tul għall‑artijiet u l‑faċilitajiet, biex l‑għaqdiet u l‑federazzjonijiet ikunu jistgħu jippjanaw u jinvestu b’aktar serħan il‑moħħ u sostenibbiltà.

Ngħollu l‑livell fl‑Isport

Ngħollu l‑livell fl‑Isport

90. Fond Nazzjonali għall‑Eċċellenza tal‑Atleti

Noħolqu Fond Nazzjonali għall‑Eċċellenza tal‑Atleti bi scholarships u grants strutturati għall‑atleti, speċjalment ta’ dixxiplini inqas iffinanzjati. Il‑Fond ikun ikopri t‑taħriġ, l‑ivvjaġġar, it‑tagħmir, il‑coaching u l‑preparazzjoni internazzjonali.


91. Mira Midalja 2032

Inniedu “Mira Midalja 2032” bħala programm nazzjonali biex Malta timmira b’mod serju u strutturat lejn l‑ewwel midalja Olimpika, bi ppjanar fit‑tul u appoġġ professjonali lill‑atleti.


92. Appoġġ serju lill‑atleti elite

Insaħħu l‑appoġġ lill‑atleti elite permezz tax‑xjenza tal‑isport, fiżjoterapija, nutrizzjoni, psikoloġija tal‑isport, appoġġ għall‑ivvjaġġar u dual‑career planning, biex il‑potenzjal tagħhom ma jintilifx minħabba nuqqas ta’ organizzazzjoni u struttura.


93. Programm nazzjonali ta’ professjonalizzazzjoni tal‑coaching

Innedu sistema nazzjonali ta’ kwalifiki, taħriġ kontinwu u standards etiċi għall‑kowċis biex il‑professjoni tal‑coaching tikseb aktar serjetà, kwalità u rispett fil‑livelli kollha tal‑isport.


94. Liċenzjar u reġistru nazzjonali tal‑kowċis

Nistabbilixxu sistema ta’ liċenzjar u reġistru nazzjonali tal‑kowċis skont id‑dixxiplina u l‑livell, b’obbligu ta’ taħriġ kontinwu u standards minimi ta’ salvagwardja, ħalli niżguraw kompetenza u ambjent sportiv sikur għall‑atleti.

Parteċipazzjoni usa’ minn kulħadd

Parteċipazzjoni usa’ minn kulħadd

95. Programm biex il‑bniet u t‑tfajliet jibqgħu fl‑isport

Inniedu programmi mmirati għall‑bniet u t‑tfajliet min 12 sa 18‑il sena, b’coaching b’xejn, self ta’ tagħmir, skedi flessibbli u timijiet apposta biex jonqos il‑waqfien mill‑isport fis‑snin tal‑adolexxenza.


96. Fond għall‑ugwaljanza u rappreżentanza tan‑nisa fit‑tmexxija tal‑isport

Nallokaw fond speċifiku biex insaħħu t‑timijiet tan‑nisa, jiżdiedu l‑coaches nisa, jittejbu l‑kwalifiki tan‑nisa fit‑tmexxija u tissaħħaħ l‑infrastruttura, inkluż b’changing rooms u sigurtà waqt ċerti sessjonijiet.


97. Finanzjament marbut mal‑parteċipazzjoni tan‑nisa

Nintroduċu kriterji ċari fil‑finanzjament pubbliku biex jingħata piż akbar lill‑għaqdiet sportivi li jżidu l‑parteċipazzjoni tan‑nisa u joħolqu ambjenti aktar ugwali u sikuri.


98. Aċċessibbiltà akbar fl‑isport għall‑persuni b’diżabbiltà

Naħdmu ma’ korpi rappreżentattivi biex intejbu l‑aċċessibbiltà tal‑faċilitajiet sportivi u nsaħħu l‑programmi ta’ parteċipazzjoni għall‑persuni b’diżabbiltà, biex l‑isport ikun tassew inklussiv għal kulħadd.

Iktar investiment fl‑isport għal aktar attività u taħriġ

Iktar investiment fl‑isport għal aktar attività u taħriġ

99. Tnaqqis fit‑taxxa għall‑isportivi professjonali

Innaqqsu r‑rata tat‑taxxa għal 5% għall‑isportivi professjonali fis‑settur sportiv, inkluż coaches, amministraturi u uffiċjali, biex nattiraw aktar professjonisti kwalifikati fl‑industrija.


100. Fond Nazzjonali għall-Isport iffinanzjat minn 2% tad-dħul tallotteriji

Nallokaw 2% tad‑dħul nett mil‑lotteriji u l‑logħob awtorizzat għal fond maħsub għall‑isport, biex jinħoloq sors stabbli u sostenibbli ta’ finanzjament nazzjonali.


101. Tax breaks għal investiment privat fl‑isport

Nagħmlu l‑investiment privat fl‑isport aktar attraenti permezz ta’ tax breaks għal infrastruttura sportiva, athlete support, workplace sport u youth development.


102. Tax credits għall-kumpaniji li jisponsorjaw attivitajiet sportivi

Nintroduċu tax credits għall‑kumpaniji li jisponsorjaw lil atleti, clubs u avvenimenti sportivi, b’inċentivi addizzjonali għall‑isports emerġenti jew inqas iffinanzjati.


103. Vouchers għal tagħmir u lbies sportiv

Indaħħlu skema ta’ vouchers biex nħeġġu x‑xiri ta’ tagħmir u lbies sportiv bażiku, u nnaqqsu l‑ispiża inizjali tal‑parteċipazzjoni fl‑isport.


104. Kummerċjalizzazzjoni responsabbli tal‑faċilitajiet sportivi

Nippermettu lill‑għaqdiet sportivi jiġġeneraw dħul sostenibbli mill‑faċilitajiet tagħhom, iżda b’salvagwardji ċari biex l‑użu sportiv jibqa’ prijorità u ma ssirx spekulazzjoni kummerċjali.

Sport tourism, promozzjoni u wirt sportiv

Sport tourism, promozzjoni u wirt sportiv

105. Malta bħala destinazzjoni ta’ turiżmu sportiv

Infasslu politika aktar qawwija u soda għal turiżmu sportiv flimkien ma’ SportMalta u l‑MTA biex nattiraw training camps, tournaments u avvenimenti internazzjonali li jiġġeneraw introjtu, joħolqu x‑xogħol u branding ġdid għal Malta u Għawdex.

106. Entità speċifika għall‑bids ta’ avvenimenti internazzjonali

Noħolqu unit apposta biex tidentifika, tipprepara u tmexxi l‑bids għal avvenimenti sportivi internazzjonali, b’kollaborazzjoni ma’ federazzjonijiet, SportMalta u l‑MTA.


107. Achieve 360 imsaħħaħ għall‑edukazzjoni u l‑eċċellenza sportiva

Inwessgħu Achieve 360 biex isir pilastru nazzjonali għall‑atleti studenti, b’aktar aċċess, aktar investiment u koordinazzjoni aħjar bejn l‑edukazzjoni u l‑isport, biex aktar żgħażagħ ikunu jistgħu javvanzaw fl‑istudji u fl‑isport mingħajr ma jkollhom jagħżlu bejn wieħed u ieħor.


108. Mużew Nazzjonali tal‑Isport

Nistabbilixxu Mużew Nazzjonali tal‑Isport biex niċċelebraw il‑wirt sportiv tagħna, noħolqu attrazzjoni edukattiva u turistika, u nispiraw ġenerazzjonijiet ġodda b’aktar għarfien tal‑istorja sportiva Maltija.

Niżżel il-PDF

Programm Elettorali

Agħżel kapitlu
Kapitli oħra
PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.