Edukazzjoni u Ħiliet

Nippreparaw lil uliedna għal Malta tal-lum u għada

Bi Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg pajjiżna jinvesti bl‐aktar mod qawwi fl‐edukazzjoni u fl‐iżvilupp tal‐ħiliet tat‐tfal u ż‐żgħażagħ. Irridu
li t‐tagħlim u l‐edukazzjoni jkunu esperjenza li tagħti gost lit‐tfal u ż‐żgħażagħ. Għall‐Partit Nazzjonalista l‐edukazzjoni hija l‐pedament ta’ kull żmien ta’ Malta – tal‐preżent u tal‐ġejjieni.

Irridu li nibnu sistema edukattiva moderna, inklussiva u mibnija fuq l‐ogħla standards ta’ kwalità u li tipprepara lill‐ġenerazzjoni preżenti u tal‐ġejjieni għal dinja tax‐xogħol li qed tinbidel b’pass mgħaġġel. Irridu li uliedna jkollhom il‐flessibiltà li jaddattaw għall‐opportunitajiet ġodda li se jinħolqu. Irridu li permezz tal‐edukazzjoni fl‐iskejjel ikollna studenti li jistaqsu aktar milli jwieġbu.

Se ninvestu b’mod serju, sistematiku u sostnut fl‐għalliema, fil‐professjonisti u l‐ħaddiema fis‐settur edukattiv, fil‐faċilitajiet edukattivi u se naġġornaw il‐kurrikulu biex nassiguraw li kull student jilħaq il‐potenzjal tiegħu. Fl‐istess waqt dan l‐investiment iwassal biex ikollna ħaddiema li jkunu għal qalbhom. Se nagħtu valur ugwali lill‐edukazzjoni f’kull livell, u noħolqu rabta aktar mill‐qrib bejn l‐edukazzjoni u l‐industrija biex nibnu ekonomija bbażata fuq ħiliet u innovazzjoni. L‐iżvilupp tal‐ħiliet huma kruċjali għas‐setturi ekonomiċi ġodda li se nkunu qed noħolqu. L‐edukazzjoni hi nifs ieħor importanti għall‐ekonomija aktar dinamika li toħloq firxa wiesgħa ta’ impjiegi għal kulħadd. Iżda fuq kollox l‐edukazzjoni tagħti nifs lill‐istudenti u liż‐żgħażagħ li rridu li jkollhom l‐aqwa preżent u ġejjieni ta’ opportunitajiet.

Pjan ta' Azzjoni Edukazzjoni li tiftaħ beraħ l‐opportunitajiet għal uliedna

Il‐pjan tal‐Partit Nazzjonalista hu li Malta jkollha sistema edukattiva tal‐ogħla livell li tkun pilastru ta’ pajjiż modern, li joħloq l‐impjiegi f’ekonomija li tikber u kompetittiva — sistema li tipprepara lil kull persuna mhux biss biex issib xogħol, iżda biex tkun parti mill‐bidla, toħloq valur ġdid fl‐ekonomija u li l‐ħajja tagħha tagħtiha sodisfazzjon.

Il‐politika tagħna hija ta’ edukazzjoni li tqiegħed il‐ħiliet fil‐qalba tagħha: ħsieb kritiku, kreattività, kompetenza diġitali, entrepreneurship u kapaċità ta’ adattament. Sistema li tibni miri ċari mill‐edukazzjoni bikrija sal‐lifelong learning, fejn kull persuna jkollha opportunità kontinwa li titgħallem, tiżviluppa u tirnexxi tul ħajjitha kollha.

Irridu li jkollna ekosistema fejn l‐edukazzjoni u l‐industrija jaħdmu id f’id. B’hekk nibnu ekonomija bbażata fuq il‐ħiliet u l‐innovazzjoni, li ssaħħaħ il‐produttività nazzjonali u li tindirizza l‐iskills mismatch.

Din hija viżjoni ta’ edukazzjoni li ma tħalli lil ħadd lura: inklussiva, personalizzata u ta’ kwalità, li tgħolli l‐livell tal‐ħajja u tibni soċjetà aktar reżiljenti, innovattiva u dinamika.

Dan ifisser investiment serju fil‐professjonijiet involuti fit‐tagħlim, f’infrastruttura moderna u f’riċerka applikata.

L‐proposti fl‐edukazzjoni se jagħtu nifs ġdid u se jibdlu din il‐mira f’realtà, b’inizjattivi prattiċi u ffukati biex jirrendu fit‐tul.

Aktar Proposti

Biex uliedna jiżviluppaw bl‐aħjar mod sa minn età bikrija

09. Tisħiħ tac‑Childcare Centres biex igawdu t‑tfal

Edukazzjoni bikrija b’saħħitha tnaqqas inugwaljanzi u ttejjeb l‑outcomes fit‑tul. Għalhekk il‑Partit Nazzjonalista fil‑Gvern jikkommetti ruħu li ċ‑Childcare Centres ikunu tal‑ogħla livell. Jipprovdi appoġġ permezz ta’ taħriġ lill‑carers biex jiġi assigurat li fost l oħrajn it‑tfal jassorbu u jiżviluppaw il‑lingwa/lingwi u l‑ħiliet soċjali fost l‑oħrajn sa minn ċkunithom.


10. Aktar appoġġ u rikonoxximent lill‑Kindergarten Educators (KGE)

Noffru taħriġ, mentoring u karriera strutturata għall‑Kindergarten Educators. Il‑KGEs huma pedina importanti tassew għall‑iżvilupp bikri tat‑tfal; iżda jridu appoġġ professjonali u definizzjoni ċara tar‑rwol u għalhekk jibdew id‑diskussjonijiet neċessarji biex il‑KGEs jingħataw ir‑rikonoxximent fil‑grad. Dan inaqqas burnout u jtejjeb il‑kwalità tat‑tagħlim.


11. Irridu li t‑tfal kollha jirnexxu b’ħiliet ġodda

It‑tfal min‑natura tagħhom huma kreattivi. Irridu li s‑sistema edukattiva tiżviluppa s‑sens ta’ kreattivà fit‑tfal sa minn età bikrija. B’hekk it‑tfal u ż‑żgħażagħ ikunu aktar kreattivi, flessibbli, innovattivi u jikkonsidraw għażliet differenti qabel jaslu għal deċiżjoni. Dan jagħmluh billi jistaqsu, jagħrblu, u janalizzaw. Dawn huma kollha ħiliet kruċjali li għandhom jiġu żviluppati fit‑tfal u fiż‑żgħażagħ u b’hekk ikunu qed jippreparaw għal dinja fejn l‑innovazzjoni hi r‑rutina u mhux l‑eċċezzjoni.


12. Pedagoġiji bbażati fuq logħob u kreattività

Insaħħu learning through play b’enfasi fuq komunikazzjoni, kollaborazzjoni u problem‑solving. Dawn huma “future skills” li jibdew jiffurmaw kmieni. Approċċ bħal dan jgħin ukoll lit‑tfal li jitgħallmu b’modi differenti u jżid il‑motivazzjoni.


13. Kundizzjonijiet aħjar għaċ‑Child Carers

Nintroduċu gradi, skemi ta’ CPD u progressjoni abbażi l‑livelli tal‑MQF. Kundizzjonijiet tajbin iżommu t‑talent fil‑qasam u jżidu l‑professjonalità.


14. Kompetenza bil‑Malti u bl‑Ingliż għaċ‑Child Carers

Noffru korsijiet u ċertifikazzjoni biex iċ‑Child Carers ikunu kapaċi jappoġġjaw l‑iżvilupp lingwistiku tat‑tfal. F’età bikrija, il‑lingwa tibni ħiliet konjittivi u soċjali. Dan jgħin fl‑inklużjoni u jipprepara t‑tfal għall‑primarja.


15. Iktar Riżorsi bil‑Malti għal‑litteriżmu bikri

Il‑Gvern jikkummissjona u jiffinanzja pakketti ta’ stejjer, rimi, audio u apps bil‑Malti għall‑użu fiċ‑childcare u fil‑kindergarten. Riżorsi moderni jagħmlu l‑Malti aktar attraenti. Dan jgħin ukoll lil tfal mhux Maltin jiksbu għarfien tal‑lingwa Maltija filwaqt li jgħin lill-pubblikaturi Maltin u operaturi edukattivi digitali


16. Intervent bikri ta’ screening waqt li t‑tfal imorru childcare

Nintroduċu screening u referenzi ċari għal speech therapy, psychology u servizzi oħra għat‑tfal żgħar. Intervent kmieni jnaqqas problemi akbar aktar ’il quddiem u jtejjeb l‑outcomes b’mod ġenerali. Problemi mhux identifikati kmieni jaffettwaw il-litteriżmu u l-imġiba. B’mudell ta’ “early help”, nipprevjenu esklużjoni edukattiva. Dan is‑servizz jingħata anki lil min ma jattendix childcare.

kontenut

Biex uliedna jiżviluppaw bl‐aħjar mod sa minn età bikrija

Biex uliedna jiżviluppaw bl‐aħjar mod sa minn età bikrija

09. Tisħiħ tac‑Childcare Centres biex igawdu t‑tfal

Edukazzjoni bikrija b’saħħitha tnaqqas inugwaljanzi u ttejjeb l‑outcomes fit‑tul. Għalhekk il‑Partit Nazzjonalista fil‑Gvern jikkommetti ruħu li ċ‑Childcare Centres ikunu tal‑ogħla livell. Jipprovdi appoġġ permezz ta’ taħriġ lill‑carers biex jiġi assigurat li fost l oħrajn it‑tfal jassorbu u jiżviluppaw il‑lingwa/lingwi u l‑ħiliet soċjali fost l‑oħrajn sa minn ċkunithom.


10. Aktar appoġġ u rikonoxximent lill‑Kindergarten Educators (KGE)

Noffru taħriġ, mentoring u karriera strutturata għall‑Kindergarten Educators. Il‑KGEs huma pedina importanti tassew għall‑iżvilupp bikri tat‑tfal; iżda jridu appoġġ professjonali u definizzjoni ċara tar‑rwol u għalhekk jibdew id‑diskussjonijiet neċessarji biex il‑KGEs jingħataw ir‑rikonoxximent fil‑grad. Dan inaqqas burnout u jtejjeb il‑kwalità tat‑tagħlim.


11. Irridu li t‑tfal kollha jirnexxu b’ħiliet ġodda

It‑tfal min‑natura tagħhom huma kreattivi. Irridu li s‑sistema edukattiva tiżviluppa s‑sens ta’ kreattivà fit‑tfal sa minn età bikrija. B’hekk it‑tfal u ż‑żgħażagħ ikunu aktar kreattivi, flessibbli, innovattivi u jikkonsidraw għażliet differenti qabel jaslu għal deċiżjoni. Dan jagħmluh billi jistaqsu, jagħrblu, u janalizzaw. Dawn huma kollha ħiliet kruċjali li għandhom jiġu żviluppati fit‑tfal u fiż‑żgħażagħ u b’hekk ikunu qed jippreparaw għal dinja fejn l‑innovazzjoni hi r‑rutina u mhux l‑eċċezzjoni.


12. Pedagoġiji bbażati fuq logħob u kreattività

Insaħħu learning through play b’enfasi fuq komunikazzjoni, kollaborazzjoni u problem‑solving. Dawn huma “future skills” li jibdew jiffurmaw kmieni. Approċċ bħal dan jgħin ukoll lit‑tfal li jitgħallmu b’modi differenti u jżid il‑motivazzjoni.


13. Kundizzjonijiet aħjar għaċ‑Child Carers

Nintroduċu gradi, skemi ta’ CPD u progressjoni abbażi l‑livelli tal‑MQF. Kundizzjonijiet tajbin iżommu t‑talent fil‑qasam u jżidu l‑professjonalità.


14. Kompetenza bil‑Malti u bl‑Ingliż għaċ‑Child Carers

Noffru korsijiet u ċertifikazzjoni biex iċ‑Child Carers ikunu kapaċi jappoġġjaw l‑iżvilupp lingwistiku tat‑tfal. F’età bikrija, il‑lingwa tibni ħiliet konjittivi u soċjali. Dan jgħin fl‑inklużjoni u jipprepara t‑tfal għall‑primarja.


15. Iktar Riżorsi bil‑Malti għal‑litteriżmu bikri

Il‑Gvern jikkummissjona u jiffinanzja pakketti ta’ stejjer, rimi, audio u apps bil‑Malti għall‑użu fiċ‑childcare u fil‑kindergarten. Riżorsi moderni jagħmlu l‑Malti aktar attraenti. Dan jgħin ukoll lil tfal mhux Maltin jiksbu għarfien tal‑lingwa Maltija filwaqt li jgħin lill-pubblikaturi Maltin u operaturi edukattivi digitali


16. Intervent bikri ta’ screening waqt li t‑tfal imorru childcare

Nintroduċu screening u referenzi ċari għal speech therapy, psychology u servizzi oħra għat‑tfal żgħar. Intervent kmieni jnaqqas problemi akbar aktar ’il quddiem u jtejjeb l‑outcomes b’mod ġenerali. Problemi mhux identifikati kmieni jaffettwaw il-litteriżmu u l-imġiba. B’mudell ta’ “early help”, nipprevjenu esklużjoni edukattiva. Dan is‑servizz jingħata anki lil min ma jattendix childcare.

Formazzjoni edukattiva u ta’ karattru sa mill‐primarja

Formazzjoni edukattiva u ta’ karattru sa mill‐primarja

17. Reviżjoni tal‑kurrikulu

Nissimplifikaw u ntejbu l‑kurrikulu biex ikun aktar relevanti għaż‑żminijiet. Dan japplika kemm għall‑primarja kif ukoll għas‑sekondarja.


18. Assessjar formattiv aktar b’saħħtu

Insaħħu feedback kontinwu u kriterji ċari, u nnaqqsu l‑enfasi fuq testijiet repetittivi. Assessjar tajjeb juri x’jeħtieġ jitjieb u jgħin lill‑istudenti jifhmu l‑progress tagħhom. Dan inaqqas ansjetà u jagħti spazju għal tagħlim aktar profond. Ninkoraġixxu l‑użu ta’ rubrics biex l‑istudenti jkunu jistgħu jagħmlu self‑assessment. Dan isaħħaħ l‑indipendenza tal‑istudenti waqt il‑proċess edukattiv. Fl‑istess waqt il‑ġenituri jsegwu l‑progress ma’ uliedhom. Dan jgħodd kemm għall‑istudenti tal‑primarja u anki tas‑sekondarja.


19. Programmi strutturati kontra diffikultajiet fit‑tagħlim

Nimplimentaw interventi bħal tutoring, gruppi żgħar u programmi ta’ catch‑up. Dan jiżgura appoġġ immedjat lill‑istudenti li jkunu f’riskju li jaqgħu lura. B’appoġġ immirat u kmieni, intejbu r‑riżultati u l‑progress tal‑istudenti u nnaqqsu l‑pressjoni fuq is‑sistema sekondarja.


20. Aktar sport, mużika, arti u drama

Inzidu ħin regolari għall‑espressjoni kreattiva u għall‑attività fiżika. Dan itejjeb il‑kwalità tal-ħajja, id‑dixxiplina u l‑ħiliet soċjali. Il‑kreattività u l‑fitness huma investiment fit‑tfal kollha.


21. Proġetti interdixxiplinarji

Nintroduċu proġetti li jgħaqqdu xjenza, arti, storja u teknoloġija. Dan jagħmel it‑tagħlim aktar relevanti.


22. Aktar għażliet għall‑istudenti b’attivitajiet lil hinn mill‑ħin tal‑iskola

Il‑Foundation for Educational Services (FES) tingħata aktar appoġġ ta’ riżorsi finanzjarji u umani sabiex issaħħaħ il‑programmi tagħha ta’ qabel u wara l‑ħinijiet tal‑iskola. Waqt li programmi bħall‑‘Breakfast Club’, ‘Klabb 3‑16’ u ‘Skolasajf’ jiġu riformati biex ikunu aktar f’konformità mal‑esiġenzi soċjoedukattivi tal‑lum. Magħhom jiżdiedu programmi oħrajn u f’iżjed ħinijiet biex jassistu lill‑istudenti fl‑istudji u fil‑homework, kif wkoll biex jipprovdu esperjenzi sportivi ta’ dixxiplini varji taħt il‑gwida ta’ professjonisti speċifiċi. Dawn jgħoddu kemm għall‑istudenti tal‑primarja kif ukoll tas‑sekondarja.

Fis‐sekondarja l‐istudenti jsaħħu l‐bażi akkwistata fil‐primarja

Fis‐sekondarja l‐istudenti jsaħħu l‐bażi akkwistata fil‐primarja

23. Litteriżmu diġitali

Nintegraw “digital literacy” f’kull suġġett: riċerka, verifika ta’ sorsi, produzzjoni ta’ kontenut u kollaborazzjoni online. Dan jgħin kontra disinformazzjoni u juża t‑teknoloġija b’mod produttiv, mhux passiv jew riskjuż.


24. Alternative Learning Programmes f’kull Kulleġġ

Noħolqu rotot alternattivi ta’ tagħlim li huma ta’ valur u mhux stigmatizzati. L‑Alternative Learning Programmes ta’ kwalità mill‑Year 9 jgħinu lil studenti li jħossuhom “maqtugħin” mill‑approċċ tradizzjonali. Dan inaqqas drop‑outs u jsaħħaħ ħiliet prattiċi u jgħin lill-pajjiż ukoll isir iktar kompetittiv.


25. CAYS aktar qrib il-Kulleġġi

Insaħħu s‑servizzi u l‑koordinazzjoni sabiex l‑appoġġ ikun kontinwu. Meta s-Servizzi għat-Tfal, l-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ (CAYS) tkun aktar aċċessibbli, l‑għalliema jkollhom gwida aktar rapida u l‑istudenti jibbenefikaw minn pjani li jiġu segwiti b’konsistenza tul is‑snin u b’hekk niggarantixxu li t‑tfal kollha jkollhom l‑assessjar meħtieġ fi żmien propizju.


26. Aktar attivitajiet għall‑istudenti wara l‑hin tal‑iskola

Nespandu klabbs u attivitajiet fosthom ta’ coding, robotics, drama, sport, u debating bħala servizz skolastiku fis‑sekondarja. L‑għalliema jitħallsu extra ta’ dawn il‑klassijiet.


27. Programmi mmirati kontra l‑early school leaving

Nimplimentaw strateġiji eżistenti u nfittxu metodi innovattivi biex inkomplu nnaqqsu l‑abbandun bikri tal‑iskola, inkluż mentoring u appoġġ personalizzat. Dan jgħin biex aktar żgħażagħ jibqgħu fis‑sistema edukattiva u jsibu triq li twassalhom biex jiżviluppaw il‑potenzjal tagħhom.


28. Inħeġġu aktar l‑istudji tal‑lingwi

Il‑mira tagħna tkun li aktar studenti jistudjaw il‑lingwi fl‑edukazzjoni post‑sekondarja u terzjarja.


29. Language‑rich environments

Jeħtieġ li t‑tagħlim tal‑lingwi jiżdied. Sa minn età żgħira nimplimentaw pjan biex l‑istudenti jitgħallmu lingwi differenti permezz ta’ metodi interattivi u diġitali. It‑tagħlim tal‑lingwi għandu joffri esperjenzi prattiċi, bħal logħob lingwistiku u kuntatt ma’ kulturi oħra, sabiex jiżdied l‑interess u l‑istudenti jiskopru realtajiet u kulturi oħra. Ambjent rikk fil‑lingwa jsaħħaħ il‑vokabularju u ħiliet ta’ smigħ/tkellim. Dan huwa essenzjali wkoll f’kuntest multikulturali.


30. Politika lingwistika skolastika b’saħħitha

Nwettqu politika lingwistika ċara. Il‑lingwa hija ċ‑ċavetta għall‑inklużjoni u l‑progress. Politika ċara tnaqqas il‑konfużjoni, tgħin lill‑għalliema u ssaħħaħ il‑Malti bħala lingwa nazzjonali f’ambjent multilingwi. Barra minhekk ninvestu fl‑infrastruttura lingwistika għaliex mingħajr infrastruttura lingwistika, il‑Malti jitbiegħed mit‑teknoloġija u ż‑żgħażagħ. Politika serja tagħmel il‑Malti lingwa “modernament funzjonali” fl‑iskejjel u fis‑servizzi.


31. Aġenzija tal‑Litteriżmu Maltija msaħħa

Nespandu r‑riżorsi, taħriġ u kontenut diġitali ta’ din l‑Aġenzija. Dan jgħin lill‑għalliema b’materjal konsistenti u modern. Jgħin ukoll biex il‑Malti jkollu preżenza qawwija f’għodod diġitali u fil‑qari, speċjalment f’ambjent bilingwi.

Aktar opportunitajiet għall‐istudenti fil‐livell post‐ sekondarju u terzjarju

Aktar opportunitajiet għall‐istudenti fil‐livell post‐ sekondarju u terzjarju

32. Transizzjoni aħjar għall‑istudenti bejn is‑sekondarja u l‑post‑sekondarja

L‑istudenti f’din l‑età għandhom bżonn appoġġ biex jimmaniġġjaw pressjoni, għażliet u responsabbiltà akbar. Ikun hemm servizzi għalihom biex il‑vjaġġ bejn is‑sekondarja u l‑livell post‑sekondarju jkun aktar naturali.


33. Investiment qawwi għall‑istudenti tal‑MCAST, ITS u istituzzjonijiet vokazzjonali

Niżguraw li l‑finanzjament għall‑edukazzjoni vokazzjonali jkun sostanzjali biex jinħolqu opportunitajiet ugwali u infrastruttura ta’ kwalità għolja. Dan jippermetti lill‑istudenti vokazzjonali jiksbu taħriġ aġġornat u ta’ kwalità għolja.


34. Korsijiet ġodda f’setturi emerġenti

Nintroduċu korsijiet ġodda f’oqsma bħal AI, green economy, digital fabrication u teknoloġiji avvanzati.


35. Proġetti u faċilitajiet ġodda fil‑Junior College u GCHS fin‑Naxxar

Invaraw proġett biex il‑Junior College u Giovanni Curmi Higher Secondary School fin‑Naxxar ikollhom titjib qawwi infrastrutturali. Dan jinkludi tagħmir aktar modern, żieda fit‑tagħmir, laboratorji u workshops li se jkunu bżonnjużi għall‑industriji ġodda li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed joħloq.


36. Aktar inċentiv biex għalliema jgħallmu lill‑istudenti ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary

Isiru diskussjonijiet biex l‑għalliema ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary jkollhom ftehim kollettiv separat mis‑sectorial agreement bħalma jsir fl‑MCAST u fil‑Junior College.


37. Għajnuna akbar għall‑istudenti fil‑qasam marittimu

Noffru pakkett ta’ sostenn għall‑istudenti fil-qasam marittimu, li huwa strateġiku għall‑ekonomija Maltija. Dan jindirizza skills gaps, itejjeb l‑attrazzjoni lejn karrieri marittimi u jsaħħaħ il‑kompetittività..

Stipendji u inċentivi għall‐istudenti

Stipendji u inċentivi għall‐istudenti

38. Żieda ta’ 25% fl‑istipendji minn Ottubru li ġej

Mis‑sena akkademika li jmiss li tibda f’Ottubru li ġej, Gvern immexxi minn Alex Borg iżid l‑istipendju tal‑istudenti kollha b’25%.


39. Nibqgħu nżidu l‑istipendji kull sena biex dawn jirriflettu n‑nefqiet bżonjużi li jagħmlu l‑istudenti

Minbarra ż‑żieda ta’ 25% minn Ottubru li ġej, mit‑tieni sena ‘il quddiem, nibqgħu nżidu l‑istipendji b’mod sinifikanti għall‑istudenti fl‑edukazzjoni post‑sekondarja u terzjarja biex jirriflettu aħjar iż‑żieda fl‑għoli tal‑ħajja. Dan jiżgura li aktar żgħażagħ ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw mingħajr pressjoni finanzjarja. Iż‑żieda għall‑għoli tal‑ħajja fl‑istipendji tibda tinħadem skont in‑nefqiet li jagħmlu l‑istudenti fost l‑oħrajn fuq faċilitajiet li jkollhom bżonn għall‑istudji tagħhom, attivitajiet sportivi, tagħmir teknoloġiku, kotba, u subscriptions. Għall‑kalkolu dwar iż‑żieda li tingħata lill‑istudenti kull sena jigi kkonsidrat ukoll is‑safar li jagħmlu l‑istudenti għaliex nemmnu li s‑safar għandu valur edukattiv, kulturali u jiftaħ orizzonti ġodda għall‑istudenti u ż‑żgħażagħ.


40. Stipendji daqs il‑paga minima għall‑istudenti tan‑nursing, il‑kura tas‑saħħa u għall‑oqsma strateġiċi u bżonnjużi

Inżidu l‑istipendju tal‑istudenti tan‑nursing u karrieri oħra fis‑saħħa. B’dan il‑mod l‑istipendju tal‑istudenti li jkunu qed isegwu kors tan‑nursing u korsijiet oħra fis‑saħħa fl‑Università u fl‑MCAST jitla’ għal madwar €1,000 fix‑xahar. B’hekk inħajru aktar studenti jagħżlu l‑karriera ta’ nursing u speċjalizazzjonijiet oħra fil‑kura tas‑saħħa. Dan għandu jwassal biex jingħata servizz aħjar fil‑qasam tas‑saħħa billi jinċentiva aktar infermiera u carers Maltin f’karrieri essenzjali. Din iż‑żieda tingħata wkoll lill‑istudenti li jkunu qed isegwu korsijiet fejn hemm nuqqas ta’ professjonisti.


41. Inċentivi għall‑professjoni tal‑għalliema

Noffru grants u stipendji ogħla għal studenti li jagħżlu karriera fit‑tagħlim. Dan jgħin biex jiġi indirizzat in‑nuqqas ta’ għalliema.


42. Inċentivi speċjali għall‑istudenti

Nintroduċu pakketti ta’ inċentivi finanzjarji għal studenti li jagħżlu korsijiet fl‑engineering, ICT u x‑xjenzi.


43. Grants u appoġġ addizzjonali għall‑istudenti Għawdxin

Insaħħu l‑għajnuna finanzjarja għall‑istudenti Għawdxin li jistudjaw f’Malta biex jiġu indirizzati l‑ispejjeż addizzjonali relatati ma’ trasport u akkomodazzjoni, u jiġu żgurati opportunitajiet ugwali.


44. Krediti tal-bolla għall-istudenti waqt l-istudji

L-istudenti u ż-żgħażagħ li jkunu qed isegwu korsijiet postsekondarji jew terzjarji full-time jkollhom ilkontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali akkreditati tul il-kors tal-istudju.


45. Scholarships għal studji postgraduate u riċerka

Nespandu l‑iskemi ta’ scholarships għal Masters u PhD. Dan jgħin biex Malta tkabbar il‑kapaċità ta’ riċerka u innovazzjoni fuq livell għoli. Għalhekk jiżdiedu l‑fondi biex aktar żgħażagħ isegwu korsijiet ta’ Masters u ta’ dottorat full‑time fl‑Università ta’ Malta. Dan ikun investiment qawwi fiż‑żgħażagħ Maltin u Għawdxin.


46. Ninvestu u nsaħħu r-riċerka f’pajjiżna

Individwi, ażjendi u negozji li joffru sostenn finanzjarju lir-riċerka li ssir fl-Universita’ ta’ Malta jew istituzzjonijiet oħra edukattivi f’Malta mill-livell ta’ PhD ‘l fuq, jingħataw tnaqqis tat-taxxa ta’ 150% fuq l-ammont li jkunu nvestew u li jrid ikun ddikjarat fil-komputazzjoni tattaxxa. Iċ-ċifra massima ta’ refużjoni hija ta’ €100,000 fis-sena.


47. Kumpless sportiv ġdid għall‑istudenti fl‑Università ta’ Malta

Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg iżomm kelmtu mal‑istudenti u jibni sports complex ġdid fl‑Universita’ ta’ Malta, li jinkludi trakka tal‑atletika u parkeġġ tal‑karozzi taħt l‑art li filgħaxijiet jintuża mir‑residenti li joqogħdu fil‑qrib. Il‑kumpless sportiv kien parti minn masterplan li sar fl‑2011 minn Gvern Nazzjonalista, imma li Gvern Laburista warrab minkejja li wiegħed li se jibni kumpless sportiv. Minkejja l‑wegħdi l‑istudenti baqgħu bla kumpless sportiv. Gvern Nazzjonalista jibni dan il‑kumpless fi żmien sentejn għaliex inqisuh ukoll bħala neċessità biex l‑istudenti jgħixu fiżikament u mentalment b’saħħithom.

Snajja’ u edukazzjoni vokazzjonali biex iż‐żgħażagħ jimirħu aktar

Snajja’ u edukazzjoni vokazzjonali biex iż‐żgħażagħ jimirħu aktar

48. Ċentri tas‑Snajja’ Reġjonali bħala hubs ta’ ħiliet – aktar opportunitajiet għall‑istudenti

Noħolqu ċentri reġjonali speċjalizzati ta’ snajja’ u ħiliet prattiċi, mgħammra b’faċilitajiet moderni u magħquda direttament mal‑industrija. Dawn iservu bħala pont bejn l‑edukazzjoni u x‑xogħol, u jindirizzaw direttament in‑nuqqas ta’ ħaddiema f’setturi kruċjali.


49. “Trades 2.0” u green skills

Nimodernizzaw snajja’ tradizzjonali b’ħiliet ġodda u standards ambjentali. Dan jagħmel il‑korsijiet aktar relevanti u jżid il‑valur tas‑snajja’ fis‑suq. Malta teħtieġ nies tas‑sengħa għal xogħlijiet fejn dawn in‑nies naqsu jew fejn hemm ir‑riskju li jintilfu dawn is‑snajja’.

Apprendistat: żgħażagħ li jakkwistaw esperjenza fuq il‐lant tax‐xogħol

Apprendistat: żgħażagħ li jakkwistaw esperjenza fuq il‐lant tax‐xogħol

50. Qafas legali modern u komprensiv li jinkoraġġixxi l‑apprendistat taż‑żgħażagħ

Nintroduċu liġi ġdida li tirregola l‑apprendistat b’mod ċar u modern, b’definizzjoni ta’ standards, drittijiet u obbligi kemm tal‑istudenti kif ukoll ta’ min ihaddem. Dan jiżgura esperjenza edukattiva ta’ kwalità.


51. Inċentivi fiskali għal kumpaniji li joffru apprendistat

Nintroduċu tax credits u skemi ta’ co‑financing għal kumpaniji li joffru placements ta’ kwalità, b’mentoring u taħriġ strutturat. Dan jinkoraġġixxi parteċipazzjoni attiva tal‑industrija u jsaħħaħ it‑talent lokali.


52. Apprendistat f’korsijiet vokazzjonali

Nagħmlu l‑apprendistat komponent importanti f’korsijiet vokazzjonali u tekniċi, biex kull student jikseb esperjenza reali fuq il‑post tax‑xogħol. Dan jiżgura li l‑edukazzjoni tkun marbuta direttament mal‑prattika. Dan ikun ta’ gwadann kbir għall‑istudenti partikolarment f’setturi fejn l‑ammont ta’ ħaddiema tas‑sengħa u workshops fi snajja’ partkolari qed jonqsu.


53. Pagamenti ġusti u kundizzjonijiet ċari għall‑apprendisti

Nintroduċu qafas nazzjonali għal remunerazzjoni ġusta u kundizzjonijiet tax‑xogħol għall‑apprendisti. Dan jagħti dinjità lill‑istudenti u jiżgura li l‑esperjenza tkun sostenibbli u motivanti.


54. Sistema diġitali ta’ matching bejn studenti u industrija

Noħolqu pjattaforma li tgħaqqad studenti ma’ opportunitajiet ta’ apprendistat skont il‑ħiliet u l‑interessi tagħhom.


55. Involviment akbar tal‑SMEs

Noħolqu skemi speċjali biex SMEs ikunu jistgħu jipparteċipaw fl‑apprendistat mingħajr piż. L‑SMEs huma essenzjali fl‑ekonomija Maltija, u għandhom rwol kruċjali fit‑taħriġ tal‑ħaddiema u ta’ dan għandhom jingħataw rikonoxximent. L‑SMEs li joffru apprendistat jingħataw tnaqqis fit‑taxxa ta’ €1,000 għal kull apprendist.


56. Quality assurance u monitoraġġ kontinwu

Nintroduċu mekkaniżmi ta’ kontroll u evalwazzjoni biex jiġi żgurat li kull min jagħmel esperjenza ta’ apprendistat jikbes l-ikbar benefiċċju minnha. Dan jinkludi feedback regolari, assessjar tal‑progress u intervent fejn ikun hemm nuqqasijiet.


57. Estensjoni tal‑apprendistat għas‑settur pubbliku – il‑gvern imexxi bl‑eżempju

Nespandu l‑opportunitajiet ta’ apprendistat fis‑servizz pubbliku. Il‑Gvern għandu jkun ta’ eżempju fil‑ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ ta’ kwalità.


58. Vocational Excellence Malta 2030

Infasslu pjan nazzjonali biex VET tkun għażla ta’ prestiġju: standards, tagħmir modern, u rabtiet mal‑industrija. Dan jgħin lill‑ekonomija tnaqqas dipendenza fuq imports ta’ ħaddiema u jtejjeb il‑produttività. VET b’saħħtu jfisser opportunitajiet reali għaż‑żgħażagħ.


59. Alleanza Nazzjonali tal‑Apprendistat (ANA)

Inwaqqfu pjattaforma li tgħaqqad l‑MCAST, iċ‑Ċentri tas‑Snajja’, l‑industrija u l‑Gvern biex tistabbilixxi standards, setturi prijoritarji u kwalità. Dan joħloq koordinazzjoni, jtejjeb il‑placements u jnaqqas il‑mismatch.


60. Ċertifikazzjoni u rikonoxximent tal‑apprendistat

Niżguraw li l‑esperjenza tal‑apprendistat tkun akkreditata u rikonoxxuta formalment fil‑qafas tal‑MQF. Dan jagħti valur reali lill‑esperjenza tax‑xogħol u jtejjeb l‑opportunitajiet tal‑istudenti.

L‐edukazzjoni u l‐industrija

L‐edukazzjoni u l‐industrija

61. Bord Nazzjonali ta’ Skills Forecasting

Nistabbilixxu bord permanenti li janalizza trends ekonomiċi u jbassar il‑ħtiġijiet tal‑ħiliet fil‑futur. Dan jiggwida l‑kurrikulu u l‑investiment edukattiv biex ikun allinjat mar‑realtà tas‑suq tax‑xogħol u mhux pass lura minnu.


62. Kunsilli konsultattivi settorjali

Noħolqu kunsilli għal setturi ekonomiċi ewlenin (teknoloġija, kostruzzjoni, saħħa, ospitalità) li joffru input dirett lill‑istituzzjonijiet edukattivi. Dan jiżgura li l‑korsijiet jibqgħu relevanti u aġġornati kontinwament.


63. Involviment tal‑industrija fit‑tfassil tal‑kurrikulu

Nintegraw lill‑industrija fil‑proċess tat‑tfassil u r‑reviżjoni tal‑kurrikulu biex il‑kontenut edukattiv jirrifletti ħtiġijiet reali. Dan inaqqas il‑gap bejn edukazzjoni u impjieg u jtejjeb l‑impjegabbiltà tal‑gradwati.


64. Sponsorships u investiment mill‑industrija fl‑edukazzjoni

Ninkoraġġixxu kumpaniji jinvestu fl‑edukazzjoni permezz ta’ sponsorships, tagħmir u programmi ta’ taħriġ għall-ħaddiema. Dan isaħħaħ il‑kapaċità tal‑istituzzjonijiet edukattivi u joħloq relazzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku.


65. Ninvestu fir-riċerkaturi

Biex nippremjaw lil min investa fl-istudju, nindirizzaw problemi li qed jaffaċjaw persuni li jaħdmu fir-riċerka f’istituzzjonijiet għolja edukattivi f’Malta, li għandhom kwalifiċi għolja minn Masters ‘l fuq u qed jiġu kkuntrattati għall-perjodu definit fuq proġetti ta’ riċerka. Nevalwaw il-possibiltà li jinħoloq fond li jagħti sapport lil dawn l-individwi speċjalment meta jkunu qed jitolbu self mill-banek.


66. Kollaborazzjoni fir‑riċerka u l‑innovazzjoni

Insaħħu l‑kollaborazzjoni bejn l‑Università, l‑MCAST u l‑industrija f’riċerka applikata u innovazzjoni. Dan jgħin biex ideat jinbidlu f’soluzzjonijiet konkreti u jsaħħaħ il kompetittività ekonomika tal‑pajjiż.


67. Innovation hubs konġunti

Nistabbilixxu hubs fejn studenti, riċerkaturi u kumpaniji jaħdmu flimkien fuq proġetti innovattivi. Dawn jiffaċilitaw il‑ħolqien ta’ start‑ups u jħeġġu kultura ta’ intraprenditorija fost iż‑żgħażagħ.


68. Career guidance bbażata fuq id‑data

Nirriformaw is‑servizzi ta’ career guidance biex ikunu mmexxija minn data reali dwar trends tas‑suq tax xogħol. Dan jgħin lill‑istudenti jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati dwar il‑futur tagħhom.

Tagħlim mifrux u personalizzat bl‐AI għall‐istudenti

Tagħlim mifrux u personalizzat bl‐AI għall‐istudenti

69. L‑istudenti jieħdu gost jitgħallmu

L‑AI toffri opportunità ġdida għat‑tagħlim tal‑istudenti fl‑iskejjel. It‑tagħlim jista’ jkun personalizzat fejn it‑tagħlim jieħu in konsiderazzjoni l‑interessi tal‑istudenti. Dan jagħmel il‑proċess ta’ tagħlim aktar interessanti u li jagħti gost lill‑istudenti.


70. Introduzzjoni tal‑coding

Nintroduċu tagħlim strutturat tal‑coding mill‑etajiet bikrin biex niżviluppaw ħsieb loġiku u problem‑solving. Dan mhux biss jipprepara għall‑karrieri fit‑teknologija iżda jgħin biex l‑istudenti jiżviluppaw ħiliet analitiċi li huma essenzjali għal kull qasam fid‑dinja moderna.


71. Data literacy bħala ħila universali

Nintroduċu data literacy bħala parti mill‑kurrikulu biex l‑istudenti jitgħallmu jinterpretaw, janalizzaw u jużaw data b’mod effettiv. F’dinja mmexxija mid‑data, din hija ħila fundamentali biex l‑istudenti jsibu impjegi tajbin.


72. Module “AI u s‑suq tax‑xogħol”

Nintroduċu tagħlim dwar kif l‑AI tbiddel l‑impjiegi, il‑ħiliet meħtieġa u l‑opportunitajiet ġodda. Dan iħejji lill‑istudenti għall‑bidla, u jsaħħaħ il‑ħsieb kritiku.


73. Aġenzija Nazzjonali tal‑Litteriżmu Diġitali

Nistabbilixxu entità li tikkordina strateġija diġitali edukattiva, kontenut u standards. Din tiżgura koerenza u tgħaqqad l‑edukazzjoni mal‑iżvilupp teknoloġiku, l‑AI u l‑industrija.


74. AI fuq il-laptops għall-għalliema

Inwettqu proġett estensiv biex ninstallaw għodod professjonali tal-AI fuq il-laptops tal-għalliema.


75. Kompetizzjonijiet dwar l‑innovazzjoni u l‑coding

Norganizzaw kompetizzjonijiet nazzjonali biex ninkoraġġixxu talent fil‑qasam diġitali u teknoloġiku. Dawn joħolqu kultura ta’ innovazzjoni u jagħtu opportunitajiet lill‑istudenti li juru l‑ħiliet tagħhom fuq livell għoli.

Investiment fl‑għalliema li f’idejhom nafdaw l‑aqwa teżor: uliedna

Investiment fl‑għalliema li f’idejhom nafdaw l‑aqwa teżor: uliedna

76. Sistema ta’ liċenzjar u warrants għall‑edukaturi

Insaħħu l‑professjonalità tal‑edukaturi permezz ta’ sistema ta’ liċenzji u warrants regolati, inkluż għall‑LSEs u KGEs. Dan jgħolli l‑istandards, jagħti prestiġju lill‑professjoni u jiżgura accountability u kwalità konsistenti fis‑sistema kollha.


77. Continous Professional Development li jindirizza r‑realtajiet ġodda

Nintroduċu Continous Professional Development obbligatorju u kontinwu b’enfasi fuq pedagoġija moderna, inkluż l‑użu tal‑AI, tagħlim personalizzat u metodoloġiji innovattivi. Dan jiżgura li l‑għalliema jkollhom l‑għodod meħtieġa biex iwasslu edukazzjoni relevanti u effettiva.


78. Programm strutturat ta’ mentoring għall‑għalliema ġodda

Noħolqu sistema nazzjonali ta’ mentoring fejn għalliema ġodda jiġu appoġġjati minn edukaturi b’esperjenza. Dan itejjeb il‑kwalità tat‑tagħlim permezz ta’ trasferiment ta’ għarfien u prattika


79. Ħin strutturat għall‑ippjanar u kollaborazzjoni

Nallokaw numru ta’ sigħat fil‑ġimgħa għall‑għalliema biex jippjanaw, jikkollaboraw u janalizzaw il‑progress tal‑istudenti. Dan itejjeb il‑koerenza fit‑tagħlim u jsaħħaħ il‑kwalità tat‑tagħlim tal‑istudenti, u jgħin biex ikun hemm aktar personalizzazzjoni fit‑tagħlim.


80. Tisħiħ tal‑wellbeing u prevenzjoni ta’ burnout

Nintroduċu programmi strutturati ta’ appoġġ psikoloġiku u wellbeing għall‑għalliema. Il‑professjoni hija waħda ta’ hafna pressjoni, u jekk irridu kwalità sostenibbli, irridu nħarsu s‑saħħa mentali u emozzjonali tal‑edukaturi tagħna.


81. Investiment akbar fil‑LSEs

Noffru taħriġ, mentoring u karriera strutturata għal Learning Support Educators. LSEs huma kruċjali għall‑inklużjoni; iżda jridu appoġġ professjonali u definizzjoni ċara tar‑rwol. Dan inaqqas il‑burnouts u jtejjeb il‑kwalità tal‑interventi fil‑klassi Il‑Partit Nazzjonalista fil‑Gvern jiggarantixxi li l‑kwistjoni tas‑seniority tkun riżolta u jinbeda l‑proċess biex l‑LSEs ikunu professjonalizzati billi jinħarġilhom il‑warrant.

Lifelong learning u reskilling

Lifelong learning u reskilling

82. Skejjel bħala Community Learning Hubs wara l‑ħin tal‑iskola

Nestendu b’mod qawwi l‑programm li permezz tiegħu l‑iskejjel tal‑Gvern ikunu ċentri ta’ tagħlim u attività għall‑komunità wara l‑ħin tal‑iskola, b’korsijiet f’ħiliet diġitali, AI, lingwi u taħriġ vokazzjonali. Dan jagħmel il‑lifelong learning aċċessibbli għal kulħadd.


83. Skema ta’ Lifelong Learning għal kulħadd

Nintroduċu qafas, inkluż inċentivi fiskali li jiggarantixxu opportunitajiet ta’ tagħlim tul il‑ħajja għal kull persuna, f’kull età. Dan jinkludi korsijiet flessibbli u aċċessibbli biex kulħadd ikun jista’ jtejjeb il‑ħiliet tiegħu kontinwament.


84. Parents as Partners

Noħolqu sessjonijiet li l‑adulti jistgħu jattendu volontarjament dwar il‑qari, logħob edukattiv, rutini u screen‑time. Il‑ġenituri u min jieħu ħsieb it‑tfal huma l‑ewwel skola; għalhekk appoġġ tajjeb jgħin b’mod konkret fl‑iżvilupp tat‑tfal. Dan inaqqas l‑istress żejjed fil‑familji u jsaħħaħ ir‑rabta skola‑dar.


85. Inċentivi fiskali għal min jinvesti fit‑tagħlim

Nintroduċu tax credits u benefiċċji fiskali għal individwi u kumpaniji li jinvestu f’taħriġ u upskilling u reskilling. Dan iħeġġeġ kultura fejn it‑tagħlim kontinwu jsir parti normali mill‑ħajja professjonali.


86. Nsaħħu is-sistema ta’ micro‑credentials u short courses

Nsaħħu l-qafas nazzjonali għal micro‑credentials rikonoxxuti li jippermettu tagħlim modulari u rapidu. Dan jagħmilha aktar faċli biex individwi jakkwistaw ħiliet speċifiċi skont il‑bżonnijiet tas‑suq.


87. Rikonoxximent formali tal‑korsijiet skont il‑MQF

Niżguraw li programmi ta’ Lifelong Learning ikunu akkreditati u allinjati mal‑Qafas Malti tal‑Kwalifiki (MQF). Dan jagħti valur reali lil dawn il‑korsijiet u jiffaċilita progress fil‑karriera.


88. Upskilling diġitali u AI għall‑adulti

Noffru taħriġ diġitali u fl‑AI għall‑adulti biex ma jitħallewx lura f’dinja teknoloġika. Dan huwa kruċjali biex jiżdiedu l‑opportunitajiet ta’ xogħol u produttività fuq livell nazzjonali.


89. Programmi speċifiċi għall‑ħaddiema anzjani

Noħolqu inizjattivi mmirati għal ħaddiema ta’ età aktar avvanzata li jkunu jixtiequ li jibqgħu attivi fis‑suq tax‑xogħol. Dan jinkludi taħriġ adattat u opportunitajiet ta’ transizzjoni għal rwoli ġodda.


90. Recognition of Prior Learning (RPL) diġitalizzat u robust

Nintroduċu sistema msaħħa u diġitalizzata ta’ RPL biex esperjenza u ħiliet miksuba barra l‑edukazzjoni formali jiġu rikonoxxuti uffiċjalment. Dan isir permezz ta’ portfolio verifikabbli u assessjar strutturat, biex jiġi żgurat rikonoxximent ġust, effiċjenti u relevanti għall‑progress professjonali.


91. Malta Skills Card u Digital Wallet

Noħolqu sistema diġitali nazzjonali fejn individwi jaħżnu u jippreżentaw kwalifiki, ħiliet, certifications u Continuing Professional Development (CPD) b’mod verifikabbli. Dan isaħħaħ it‑trasparenza, jiffaċilita mobilità fis‑suq tax‑xogħol u jnaqqas il‑burokrazija.


92. Lifelong learning inkluż ukoll fil‑privat

Nespandu l‑aċċess għal korsijiet ta’ adulti b’accreditation u standards ċari anke f’istituzzjonijiet privati. Dan iżid l-għażla u l‑flessibbiltà, speċjalment għal ħaddiema full‑time.

Governanza u kwalità ogħla għall‐ġid tal‐istudenti

Governanza u kwalità ogħla għall‐ġid tal‐istudenti

93. Riforma tal‑iSchool Based Assessments

Infasslu sistema ta’ assessjar aktar ġusta u konsistenti, bi kriterji uniformi, moderazzjoni esterna u aktar trasparenza. Dan inaqqas pressjoni żejda u inġustizzji bejn l‑iskejjel, u jżid il‑kredibbiltà tar‑riżultati għal studenti, ġenituri u edukaturi. Nintroduċu wkoll qafas formali biex continuous assessment adattat għal studenti Special Education Needs (SEN), validat esternament, ikun jista’ jittraduċi f’ċertifikat rikonoxxut meta l‑eżami standard ma jaqbilx mal‑profil tat‑tagħlim. B’mod speċifiku, nerġgħu nintroduċu/niżviluppaw papers adattati u/ jew triq alternattiva ta’ ċertifikazzjoni għal studenti SEN (fosthom bl‑awtiżmu u li jkollhom diffikultà fit‑tagħlim), biex ikollhom opportunità ġusta ta’ rikonoxximent.


94. Tisħiħ tal‑MATSEC

Insaħħu l‑MATSEC b’aktar kapaċità, b’riżorsi umani u b’riżorsi diġitali mill‑aktar avvanzati. B’mod speċifiku nassiguraw li tfal b’diffikultajiet fit‑tagħlim ikollhom opportunità ġusta ta’ rikonoxximent.


95. Deċentralizzazzjoni fil‑kulleġġi

Nagħtu aktar awtonomija operattiva u riżorsi lill‑kulleġġi biex jindirizzaw il‑bżonnijiet lokali. Id‑deċiżjonijiet dwar appoġġ, proġetti u allokazzjoni ta’ servizzi jsiru aktar malajr u b’mod aktar pertinenti għar‑realtà ta’ kull komunità skolastika.


96. Aktar indipendenza u awtonomija għall‑Council for the Teaching Profession

Isiru l‑emendi meħtieġa fil‑liġi biex il‑Council for the Teaching Profession (CTP) ikun aktar indipendenti u awtonomu u jingħata allokazzjoni finanzjarja annwali. Se nagħtu lil dan il‑Kunsill ir‑riżorsi neċessarji biex jintroduċi liċenzji u warrants għal edukaturi bħal‑LSEs u l‑KGEs.


97. Awtorità Nazzjonali għall‑Edukazzjoni (MNEA)

Nistabbilixxu awtorità indipendenti li taħdem fuq il‑kontinwità u l‑istandards fl‑edukazzjoni. Din tissettja targets nazzjonali, tissorvelja r‑riżultati u tippubblika rapporti annwali biex tissaħħaħ il‑fiduċja pubblika. Kull aġġornament isir b’mod maħsub, speċifiku u biex jindirizza l‑bżonnijiet meħtieġa.


98. Integrazzjoni tal-Malta Further and Higher Education

Authority u d-Directorate for Quality and Standards in Education Ngħaqqdu l‑funzjonijiet ta’ liċenzjar, quality assurance u standards taħt struttura waħda. Dan inaqqas id‑duplikazzjoni tax‑xogħol, iħaffef id‑deċiżjonijiet u jindirizza aktar il‑bżonnijiet edukattivi tal‑istudenti u r‑rikonoxximent tal‑kwalifiki.

Niżżel il-PDF

Programm Elettorali

Agħżel kapitlu
Kapitli oħra
Edukazzjoni u Ħiliet
PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.