Lura għall-membri

Agius, Andrew

Dwar l-MP

Kelliem għas-Servizzi Veterinari

Veterinarju żagħżugħ ta’ 37 sena, miżżewweġ u missier ta’ żewġt itfal. Iben it-tabib Francis Agius, eks Membru Parlamentari u eks Segretarju Parlamentari.

Trabba fil-politika u wiret sens qawwi ta’ servizz lejn il-komunità. Jixtieq jirrappreżenta ġenerazzjoni ġdida fil-politika Maltija — waħda li tgħaqqad perspettiva friska ma’ bażi soda ta’ esperjenza. Fix-xogħol tiegħu bena rabta mill-qrib mal-komunità u r-realtajiet tagħha. Tul il-karriera tiegħu, kien attiv f’diversi kumitati u fora, fosthom bħala President tal-Assoċjazzjoni Veterinarja Maltija, fejn ħadem biex jirrappreżenta l-professjoni tiegħu.

Daħal fil-politika b’konvinzjoni ċara: li jaħdem biex nerġgħu nsaħħu prinċipji ta’ politika tassew min-nies u għan-nies. L-għan tiegħu huwa li jgħin biex nibnu Malta fejn kulħadd jista’ jsib bilanċ bejn ix-xogħol u s-serħan. Fejn il-kejl tas-suċċess tal-pajjiż ikun il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadin l-ewwel u qabel kull kalkolu ieħor. Fejn tinbena mill-ġdid il-fiduċja fi klassi politika onesta li taħdem għaċ-ċittadin Malti u Għawdxi. Bħala veterinarju, jixtieq jara li l-annimali tagħna verament jingħataw vuċi u li jerġgħu jsiru ċ-ċentru tal-politika fil-qasam tagħhom. Li nqisu l-protezzjoni u l-ħarsien tagħhom bħala l-mutur ewlieni wara l-politika f’dan is-settur.

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.