Lura għall-membri

Borg, Alex

Dwar l-MP

Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista

Dr Alex Borg twieled fl-10 ta’ Lulju 1995 fir-Rabat, Għawdex. Huwa avukat. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti fl-2022 bl-ikbar ammont ta' voti fost il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista, wara l-Kap ta' dakinhar. Serva għal tliet snin bħala Shadow Minister għal Għawdex u fil-Kumitati Parlamentari ta' Għawdex u dak tal-Affarijiet Barranin.

Borg trabba fin-Nadur u studja fil-Bishop’s Conservatory, il-Gozo College u s-Sir M. A. Refalo Sixth Form. Fl-2019 iggradwa fil-Liġi u beda jaħdem bħala avukat. Fl-istess sena ġie elett fl-Eżekuttiv tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) u ftit żmien wara ġie elett fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Huwa jemmen fil-politika tal-kuntatt u li l-politiku jrid ikun viċin in-nies.

Politikament, jiddeskrivi ruħu bħala li jappoġġa ekonomija b’saħħitha u kompetittiva, iżda jemmen ukoll fl-importanza ta’ servizzi soċjali b’saħħithom bħall-kura tas-saħħa u edukazzjoni bla ħlas.

F'Ġunju 2025, wara li ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr e Grech, Borg kien esprima l-interess tiegħu f’din il-kariga u kkandida ruħu għall-elezzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Hu kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista fis-6 ta’ Settembru 2025 u ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni, erbat ijiem wara, fl-10 ta’ Settembru.

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.