Borg Manché, Conrad
Dwar l-MP
Shadow Minister għall-Intern u s-Sigurtà
Conrad Borg Manché huwa avukat u politiku Malti, magħruf l-aktar talli serva bħala Sindku tal-Gżira mill-2015 sal-2024. Imrobbi l-Gżira, iggradwa fil-Liġi mill-Università ta’ Malta u ddedika l-karriera tiegħu lejn is-servizz tal-komunità u l-ħarsien tal-ambjent fil-lokalità tiegħu.
Kiseb fama nazzjonali fl-2016, meta mexxa l-isforz biex jerġa’ jinfetaħ l-aċċess pubbliku għall-kosta ta’ Manoel Island wara aktar minn ħmistax-il sena magħluqa. Dan wassal għall-ewwel ftehim ta’ Guardianship f’Malta, u għat-twaqqif tal-Manoel Island Foundation biex dak li huwa tal-poplu jkun dejjem salvagwardjat. Fl-2019 reġa’ ġie elett sindku b’maġġoranza rekord ta’ 60%, l-ewwel sindku tal-Gżira li gie elett għal żewġ termini konsekuttivi.
Fl-2023 irreżenja mill-Partit Laburista, wara li akkużah li ttradixxa l-prinċipji tiegħu u tal-komunità tiegħu. Il-qasma definittiva ġiet wara l-oppożizzjoni tiegħu għar-rilokazzjoni ta’ pompa tal-petrol f’l-uniku ġnien pubbliku tal-Gżira, kawża li rebaħ fil-qorti kontra l-awtorita ta’l-artijiet b’difiża tal-ispazju miftuħ. Fost ir-raġunijiet l-oħra tar-riżenja tiegħu kien hemm ukoll in-nuqqas ta’ rieda għal riforma fil-liġi tal-familja, fejn dejjem sostna li l-liġi għandha tippremja lil kull ġenitur idoneu, u li t-tfal għandhom id-dritt igawdu liż-żewġ ġenituri tagħhom b’mod ugwali.
Kompla jservi bħala sindku indipendenti, u wara kkontesta kemm għall-kunsill lokali kif ukoll għall-Parlament Ewropew bħala kandidat indipendenti, fejn fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kiseb ammont sostanzjali ta’ voti, u spiċċa fost l-aqwa kandidati indipendenti fil-pajjiż. Illum qed iħejji biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss mal-Partit Nazzjonalista, għażla li għamel għax jemmen f’pajjiż iktar ġust u biex ikompli jimbotta favur il-ġustizzja, b’mod speċjali fil-Qorti tal-Familja, li hija l-qofol u l-qalb ta’ pajjiżna. F’kollox, jibqa’ jaħdem b’enfasi kostanti fuq il-komunità, l-ambjent, id-drittijiet tat-tfal u l-governanza responsabbli.
Abela Chetcuti, Janice
Shadow Minister għall-Ħarsien tal-Annimali
7944 0568
Agius, Andrew
Kelliem għas-Servizzi Veterinari
7953 8798
Attard Previ, Graziella
Shadow Minister għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili
9946 8483
Bartolo, Ivan
Shadow Minister għall-Politika Soċjali, il-Familja u l-Housing Soċjali
7748 0241
Bencini, Graham
Shadow Minister għall-Isport
9965 8999
Bezzina, Toni
Assistent Whip u Shadow Minister għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel
9943 0012
Bonello, Bernice
Shadow Minister għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi
7966 3145
Borg, Alex
Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista
7956 4265