Wara li l-Labour instab ħati li ħataf proprjetà privata oħra, is-sidien kostretti jieħdu passi ulterjuri biex jiġi ordnat jiżgombra l-Każin tal-Belt

Meta fi Frar li għadda, il-Qorti Kostituzzjonali sabet lill-Partit Laburista ħati li ħataf proprjetà privata fi Strada Rjali l-Belt u kkapparaha għal 70 sena sħaħ, il-Labour qal li se jirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti, “kif dejjem jagħmel.”

Il-Labour jisraq, u l-poplu jħallas. Fi ftit xhur l-Istat ġie ordnat iħallas €1,600,000 għal serq ta’ proprjetà mill-Partit Laburista

Meta fi Frar li għadda, il-Qorti Kostituzzjonali sabet lill-Partit Laburista ħati li ħataf proprjetà privata fi Strada Rjali l-Belt u kkapparaha għal 70 sena sħaħ, il-Labour qal li se jirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti, “kif dejjem jagħmel.”

Minn dakinhar għaddew seba’ xhur, u issa sirna nafu li sal-lum il-Labour kien għadu ma ħariġx minn din il-proprjetà tant li s-sidien kellhom jerġgħu jmorru l-Qorti u jirrikorru quddiem il-bord li jirregola l-kera biex jilmentaw li minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali baqgħu jsofru danni addizzjonali minħabba li l-proprjetà ma ġietx żgumbrata.

Issa, wara li s-sidien privati ta’ dan il-post fi Triq ir-Repubblika ma kellhomx triq oħra ħlief li jmorru bil-każ tagħhom quddiem ir-Rent Regulation Board, il-Maġistrat ordna li l-Labour jiġi żgumbrat mill-bini li baqa’ jgawdi l-użu tiegħu anke wara d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali. Il-Partit Laburista jrid jagħmel dan fi żmien xahar.

Bid-deċiżjoni ta’ Frar li sabet lil-Labour ħati ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tas-sidien ta’ din il-binja, huwa l-poplu li qed ikollu jagħmel tajjeb għas-serq tal-Labour. Fil-każ tal-Każin Laburista tal-Belt, il-Qorti fil-fatt ordnat li l-Istat iħallas €254,000 lis-sidien.

Dan ifisser li fl-aħħar xhur il-Labour akkumula aktar minn €1,600,000 f’multi għall-abbużi minn proprjetajiet privati li kollha jridu jitħallsu mit-taxxi tal-poplu Malti.

Il-Labour jaħtaf….u l-poplu jħallas.

24.09.2026