Bżonn ta’ strateġija ċara għas-settur edukattiv
Inħossu bżonn ta’ strateġija ċara ghas-settur edukattiv. Hu għalhekk li pajjiżna għandu bżonn politika ċara b’diskussjoni ma’ kulħadd. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta mexxa delegazzjoni tal-PN għal laqgħa mat-tmexxija tal-Malta Union of Teachers (MUT) bħala parti mill-konsultazzjonijiet li qed isiru bi tħejjija għall-Budget 2027.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg jiltaqa’ mal-MUT bi tħejjija għall-Budget 2027
Inħossu bżonn ta’ strateġija ċara ghas-settur edukattiv. Hu għalhekk li pajjiżna għandu bżonn politika ċara b’diskussjoni ma’ kulħadd.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta mexxa delegazzjoni tal-PN għal laqgħa mat-tmexxija tal-Malta Union of Teachers (MUT) bħala parti mill-konsultazzjonijiet li qed isiru bi tħejjija għall-Budget 2027.
Matul il-laqgħa, ir-rappreżentanti tal-MUT immexxija mill-President Marco Bonnici ppreżentaw dawk li jaraw bħala l-prijoritajiet għas-settur edukattiv, anke fil-kuntest tal-budget li ġej.
Min-naħa tiegħu, Alex Borg sema’ mill-qrib il-punti li tqajmu u l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-edukaturi u dawk li jaħdmu fis-settur.
Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-PN spjega l-proposti tal-Partit Nazzjonalista għall-edukazzjoni u kif dawn ipoġġu lill-istudenti u lill-edukaturi fiċ-ċentru.

Id-diskussjoni ffukat ukoll fuq l-importanza li l-edukazzjoni tibqa’ prijorità nazzjonali u li jkun hemm djalogu kontinwu ma’ dawk li jaħdmu ta’ kuljum fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet edukattivi.
Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jisma’ lill-edukaturi u lill-istakeholders kollha, filwaqt li jiddiskuti magħhom, bħala parti mill-ħidma tiegħu biex ikompli jfassal proposti li jindirizzaw l-isfidi reali li qed jiffaċċja s-settur.
Matul il-laqgħa, il-Kap tal-PN kien akkumpanjat mix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza Jerome Caruana Cilia, ix-Shadow Minister għall-Finanzi Adrian Delia u x-Shadow Minister għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi Darren Carabott.
05.10.2026