L-edukazzjoni tibqa’ l-qafas tas-soċjetà
AĦBAR

L-edukazzjoni tibqa’ l-qafas tas-soċjetà

L-edukazzjoni tibqa’ l-qafas tas-soċjetà u l-Partit Nazzjonalista għandu responsabbiltà ċara li jkompli jkun viċin l-istudenti matul il-vjaġġ akkademiku tagħhom, għax huma l-ġenerazzjoni tal-futur.

Il-Kap tal-PN Alex Borg iżur il-Freshers’ Week fl-Università ta’ Malta

L-edukazzjoni tibqa’ l-qafas tas-soċjetà u l-Partit Nazzjonalista għandu responsabbiltà ċara li jkompli jkun viċin l-istudenti matul il-vjaġġ akkademiku tagħhom, għax huma l-ġenerazzjoni tal-futur.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qal dan waqt żjara li għamel fl-Università ta’ Malta matul il-Freshers’ Week, hekk kif mijiet ta’ żgħażagħ qed jingħaqdu mal-istudenti l-oħrajn biex jibdew il-vjaġġ akkademiku tagħhom.

Matul iż-żjara, Alex Borg żar l-istands organizzati mill-istudenti stess, kif ukoll għadd ta’ entitajiet, fejn iltaqa’ ma’ numru ta’ studenti u edukaturi u awguralhom kull suċċess fil-vjaġġ akkademiku tagħhom.

L-istudenti qasmu mal-Kap tal-PN diversi sfidi li qed jiffaċċjaw fil-ħajja ta’ kuljum, fosthom l-għoli tal-ħajja u l-akkomodazzjoni, l-opportunitajiet ta’ xogħol u l-kwalità tal-edukazzjoni.

Alex Borg appella lill-istudenti biex isemmgħu leħinhom u jisfruttaw il-potenzjal tal-ideat tagħhom biex ikunu huma wkoll protagonisti fit-tfassil tal-pajjiż li rridu nibnu għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Għal din iż-żjara, il-Kap tal-PN kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, kif ukoll mix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni Jerome Caruana Cilia, ix-Shadow Minister għaż-Żgħazagħ Eve Borg Bonello u l-Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni George Vital Zammit.

05.10.2026