Joħloq il-problema, imbagħad iwaħħal f’ħaddieħor
Dak li qal il-Ministru tal-Finanzi waqt diskussjoni dwar il-Budget mal-Editur tat-Times of Malta Herman Grech jikkonferma kemm id-deċiżjoni għal mudell ekonomiku bbażat fuq iż-żieda fin-nies kienet waħda bla pjan.
Il-Ministru Clyde Caruana jgħid li jridu jkunu n-negozji li jwaqqfu ż-żieda fil-popolazzjoni
Wara li sploda l-popolazzjoni ta’ Malta b’aktar minn 100,000 persuna, l-ewwel bħala Chairperson ta’ JobsPlus u issa bħala Ministru, Clyde Caruana issa qed jipponta subgħajh lejn in-negozji u qed jgħid li jekk ma rridux li l-popolazzjoni tilħaq it-800,000, iridu jkunu huma li jwaqqfuha.
Dak li qal il-Ministru tal-Finanzi waqt diskussjoni dwar il-Budget mal-Editur tat-Times of Malta Herman Grech jikkonferma kemm id-deċiżjoni għal mudell ekonomiku bbażat fuq iż-żieda fin-nies kienet waħda bla pjan.
Issa li jidher li l-Gvern ta’ Robert Abela se jibda jissikka sew iċ-ċintorin, Clyde Caruana se jibda jwaħħal f’kulħadd minbarra fih innifsu u fil-Gvern tiegħu.
Wara li kien hu li fetħilhom beraħ il-bibien għal dak li issa qed isejjaħ ‘cheap labour’, issa Clyde Caruana jridhom ibiddlu l-mudell ekonimku tagħhom, bħal donnu kienu huma li ħolqu din is-sitwazzjoni.
Meta tkun ħloqt problema li tant tkun rikbitek li ma jkollokx idea kif se ssib tarfha, l-aktar ħaġa faċli hi li twaħħal f’ħaddieħor.
Julian Borg
Shadow Minister għall-Infrastruttura u x-Xogħol
Michael Piccinino
Shadow Minister għas-Self-Employed, l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Koperattivi
Darren Carabott
Shadow Minister għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi
Annabelle Cilia
Kelliema għax-Xogħol
06.10.2026