Alex Borg elett Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista
Alex Borg kien elett Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista wara l-elezzjoni li saret fost it-tesserati tal-PN.
Alex Borg kien elett Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista wara l-elezzjoni li saret fost it-tesserati tal-PN.
Il-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista ħabbret ir-riżultat uffiċjali wara l-votazzjoni li saret l-Erbgħa 27 u s-Sibt 30 ta’ Awwissu, u s-Sibt 6 ta’ Settembru.
Eliġibbli 20,795
Ivvutaw 17,862 (85.9%)
Voti validi 17,766
Voti invalidi 96
Alex Borg 8,905 (50.1%)
Adrian Delia 8,861 (49.9%)
Il-Konvenzjoni Ġenerali li matulha ġie elett il-Kap il-ġdid tal-PN tagħlaq il-Ħadd bid-diskors tal-Kap tal-PN Alex Borg fil-10:30am.
Mario Callus
Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN