Alex Borg jippreżenta n-nomina tiegħu għall-konferma fil-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista
AĦBAR

Alex Borg jippreżenta n-nomina tiegħu għall-konferma fil-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista

Minħabba li hemm biss nominazzjoni waħda, skont Artiklu 93 tal-Istatut “din għandha titressaq għall-votazzjoni sigrieta mill-Kunsill Ġenerali. U biex il-kandidat jiġi dikjarat elett, jeħtieġ jikseb tal-anqas ħamsin fil-mija u wieħed (50% + 1) tal-voti validi mixħuta mill-kunsillieri li jkunu vvutaw. 

Alex Borg ippreżenta l-formola tan-nominazzjoni tiegħu għall-konferma fil-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista liċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekord u Data tal-PN

Minħabba li hemm biss nominazzjoni waħda, skont Artiklu 93 tal-Istatut “din għandha titressaq għall-votazzjoni sigrieta mill-Kunsill Ġenerali. U biex il-kandidat jiġi dikjarat elett, jeħtieġ jikseb tal-anqas ħamsin fil-mija u wieħed (50% + 1) tal-voti validi mixħuta mill-kunsillieri li jkunu vvutaw. 

F’dan il-każ il-membri tal-Kunsill Ġenerali se jiġu mistoqsija jekk jikkonfermawx lil Alex Borg bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Jiem tal-votazzjoni fil-Kunsill Ġenerali

Il-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN tħabbar li l-votazzjoni se tkun qed issir nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Lulju waqt is-sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, li tissokta wara l-ftuħ tas-sessjoni plenarja tal-24 ta’ Ġunju.

Kif jipprovdi l-Istatut tal-PN, il-Kummissjoni Elettorali tħabbar ukoll li minbarra l-votazzjoni li se ssir dakinhar, se torganizza wkoll votazzjonijiet oħra aktar kmieni għal dawk il-membri tal-Kunsill Ġenerali li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jivvutaw fil-jum proprju tal-elezzjoni.

Il-ġranet u l-ħinijet tal-votazzjoni huma dawn:

  1. Votazzjoni bikrija  
    L-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2026
    Fid-Dar Ċentrali, Tal-Pietà bejn l-4.30pm u t-8.00pm
    U fis-Sub-Head Quarters Ta’ Sannat, Għawdex bejn l-4.30pm u s-7.00pm
  2. Votazzjoni bikrija
    Is-Sibt 11 ta’ Lulju 2026
    Fid-Dar Ċentrali, Tal-Pietà bejn id-9.00am u t-8.00pm
    U Sub-HQ Ta’ Sannat, Għawdex bejn id-9.00am u t-8.00pm
  3. Il-jum tal-elezzjoni
    L-Erbgħa 15 ta’ Lulju 2026
    Fid-Dar Ċentrali, Tal-Pietà bejn in-12.30pm u s-6.00pm
    U fis-Sub-HQ Ta’ Sannat, Għawdex bejn in-12:30pm u l-4.00pm

Mario Callus
Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN

03.07.2026