Budget ieħor bla direzzjoni
AĦBAR

Budget ieħor bla direzzjoni

Huma sostnew li filaqt li l-Partit Nazzjonalista jaqbel bis-sħiħ mal-għajnuniet f’pensjonijet u għall-għoli tal-ħajja, dan il-Budget ħalla barra għal kollox l-edukazzjoni, is-saħħa u l-infrastruttura, kif ukoll naqas li jagħti direzzjoni ċara dwar kif se jgħin lin-negozji jissaħħu.

Il-PN jgħid li d-diskors tal-Budget aktar iqajjem mistoqsijiet milli jagħti tweġibiet

Il-Budget li ppreżenta l-Gvern ilbieraħ aktar iqajjem mistqosijiet milli jagħti tweġibiet.

Dan qaluh ix-Shadow Minister għall-Finanzi Adrian Delia u x-Shadow Minister għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi Darren Carabott waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista.

Huma qalu li l-miżuri prinċipali fuq il-ħaddiema minn pajjiżi terzi u fuq it-turiżmu ġew imħabbra mingħajr ma ngħatat spjegazzjoni tal-għan tagħhom u kif se jintefaq id-dħul minnhom.

Il-kelliema qalu li wara li għal 13-il sena serraħ l-ekonomija tal-pajjiż fuq il-ħaddiema barranin, issa dan il-Gvern ta xokk lin-negozji li jiddependu minn dawn il-ħaddiema. “Dan il-Gvern filli fetaħ il-bibien beraħ lil kulħadd u filli issa ġibed il-handbrake bla ma ta direzzjoni ċara”.

Huma sostnew li filaqt li l-Partit Nazzjonalista jaqbel bis-sħiħ mal-għajnuniet f’pensjonijet u għall-għoli tal-ħajja, dan il-Budget ħalla barra għal kollox l-edukazzjoni, is-saħħa u l-infrastruttura, kif ukoll naqas li jagħti direzzjoni ċara dwar kif se jgħin lin-negozji jissaħħu.

Il-kelliema spjegaw kif għadd ta’ miżuri se jipiċċaw jitfgħu piżijiet u spejjeż ġodda fuq in-negozji u fl-aħħar mill-aħħar fuq in-nies.

Huma qalu li qabel l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista kien l-uniku partit li ħareġ bi pjan ċar għall-popolazzjoni permezz ta’ awtorità magħmula minn esperti li tikkonsulta kontinwament dwar x’investiment irid isr biex flimkien mal-privat titfassal politika li toffri stabbiltà u direzzjoni li ttaffi l-isfidi li ħoloq il-Gvern stess.

27.10.2026