AĦBAR

Elezzjoni għal Kap tal-PN: Nista’ nivvota?

Min HUWA ELIĠIBBLI biex jivvota fl-elezzjoni għal Kap tal-PN

  • Dawk il-membri li ilhom imsieħba fil-PN mill-2023 jew qabel u li għandhom it-tessera mħallsa għas-snin 2023, 2024 u 2025.
  • Dawk il-membri li l-aħħar tessera li ħallsu kien għas-sena 2020, jew għal xi sena iktar riċenti. Jekk għandhom il-ħlas nieqes għas-snin bejn l-2020 u l-2025, dan jista’ jsir issa (sa qabel għaxart ijiem mill-ewwel jum tal-votazzjoni).
  • Membri żgħażagħ li l-età tagħhom ma taqbiżx it-18-il sena jkunu eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista sakemm ikunu ilhom sitt (6) xhur jew aktar tesserati sat-18 ta’ Ġunju 2025.

Min MA JISTAX jivvota

  • Dawk li għandhom ’il fuq minn 18 il-sena, u li ssieħbu fil-Partit Nazzjonalista fl-2024 u fl-2025.
  • Dawk li kienu ħallsu s-sħubija sal-2019 iżda ma ħallsux is-sħubija għall-ebda sena bejn l-2020 u l-2025.

Nota: It-tesseri jibqgħu jiġu aġġornati skont il-parametri stabbiliti sa għaxart ijiem mid-data tal-elezzjoni (bikrija) stabbilita skont kif approvat mil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.