AĦBAR
Elezzjoni każwali għal post battal fil-Kunsill Lokali tal-Mosta
F’elezzjoni każwali li saret dalgħodu mill-Kummissjoni Elettorali, biex jimtela’ l-post battal minn Mikhail Micallef fil-Kunsill Lokali tal-Mosta, ġie elett il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Jesmond Gauci.
Il-Partit Nazzjonalista jixtieq jirringrazzja lil Mikhail Micallef għall-kontribut tiegħu kemm dam Kunsillier, kemm f’San Ġwann u fl-aħħar erba’ snin fil-Mosta, filwaqt li jawgura kull suċċess lil Jesmond Gauci fil-kariga l-ġdida tiegħu bħala Kunsillier Lokali.
Charles Bonello
President tal-Kulleġġ Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista
Darren Carabott
Kelliem għall-Gvern Lokali u l-Amministrazzjoni Pubblika
24.04.2023