AĦBAR

Elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Kummissjoni Elettorali tal-PN tirċievi dikjarazzjoni ta’ interess fil-kariga ta’ Kap tal-PN

Il-Kumissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista tgħarraf li llum is-Sibt 28 ta’ Ġunju 2025 fl-10:30am irċeviet dikjarazzjoni ta’ interess għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN mingħand:

Adrian Delia

Il-Kummissjoni tfakkar li skont kif jistipula Artiklu 90a tal-Istatut tal-Partit Nazzjonalista, is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għal din il-kariga tibqa’ miftuħa għal sebat ijiem sa nhar il-Ħadd 29 ta’ Ġunju 2025 fis-2pm skont kif imħabbar nhar il-Ħadd li għadda wara li l-Kunsill Ġenerali tal-PN nieda l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Għal din il-kariga jistgħu jikkontestaw biss membri tal-Partit Nazzjonalista bit-tessera mħallsa skont il-provvedimenti tal-Istatut tal-PN.

Il-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN se tkun qed tikkomunika minnufih b’mod pubbliku l-ismijiet ta’ dawk li jkunu esprimew l-interess tagħhom, permezz ta’ stqarrija għall-media ma’ kull dikjarazzjoni li tidħol matul il-jiem li ġejjin.

Mario Callus
Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN

28.06.2025