Elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista
Il-Kummissjoni Elettorali tal-PN tirċievi dikjarazzjoni ta’ interess fil-kariga ta’ Kap tal-PN
Il-Kumissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista tgħarraf li llum, l-Erbgħa 25 ta’ Ġunju 2025 fil-11:30am irċeviet dikjarazzjoni ta’ interess għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN mingħand:
Alex Borg
Il-Kummissjoni tfakkar li skont kif jistipula Artiklu 90a tal-Istatut tal-Partit Nazzjonalista, is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għal din il-kariga tibqa’ miftuħa għal sebat ijiem sa nhar il-Ħadd 29 ta’ Ġunju 2025 fis-2pm skont kif imħabbar nhar il-Ħadd li għadda wara li l-Kunsill Ġenerali tal-PN nieda l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Għal din il-kariga jistgħu jikkontestaw biss membri tal-Partit Nazzjonalista bit-tessera mħallsa skont il-provvedimenti tal-Istatut tal-PN.
Il-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN se tkun qed tikkomunika minnufih b’mod pubbliku l-ismijiet ta’ dawk li jkunu esprimew l-interess tagħhom, permezz ta’ stqarrija għall-media ma’ kull dikjarazzjoni li tidħol matul il-jiem li ġejjin.
Mario Callus
Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN
25.06.2025