Mal-istudenti nisimgħu l-aspirazzjonijiet u nfasslu politika li tegħleb l-isfidi u tiftaħ l-opportunitajiet

Mal-istudenti nisimgħu l-aspirazzjonijiet u nfasslu politika li tegħleb l-isfidi u tiftaħ l-opportunitajiet

Il-Kap tal-PN Alex Borg iżur l-Università ta’ Malta; jitkellem maż-żgħażagħ preżenti għall-Konvenzjoni tal-Karrieri u jżur il-Librerija waqt li jiddiskuti mal-istudenti fil-Campus Hub

Flimkien mal-istudenti tagħna nifhmu x’inhuma l-aspirazzjonijiet tagħhom, u magħhom infasslu politika li mhux biss tegħleb l-isfidi li għandhom, imma li anke tiftħilhom beraħ l-opportunitajiet.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg flimkien ma’ Sarah dalgħodu ltaqgħu ma’ bosta studenti żgħażagħ waqt żjara fuq il-kampus tal-Università ta’ Malta.Huma żaru l-Konvenzjoni tal-Karrieri li qed tittella’ mill-Kunsill Studenti Universitarji bħalissa fuq il-kampus fejn l-istudenti jistgħu jiksbu għarfien dwar karrieri differenti li jinteressawhom.

Hu żar ukoll l-uffiċċju tal-Kunsill Studenti Universitarji.

Id-Direttur tas-Servizzi tal-Librerija Kevin J Ellul u d-Deputat Direttur Josianne Camilleri Vella laqgħu lil Alex Borg fil-Librerija tal-Università ta’ Malta li hija ċentru tal-għarfien u r-riċerka fl-Università u li tiġbor fiha kollezzjoni vasta ta’ kotba, ġurnali akkademiċi u riżorsi diġitali għal studenti u riċerkaturi.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu ċ-ċans ukoll iżur id-dipartiment tal-arkivji u li jżomm fih manuskritti, dokumenti storiċi u arkivji tal-Università li jmorru lura sa mill-inqas sas-seklu dsatax, b’xi materjal li jmur lura għall-bidu sas-seklu tmintax.

Alex Borg iltaqa’ wkoll ma għadd ta’ studenti fil-Campus Hub fejn intlaqa’ mill-Kap Eżekuttiv Chris Vassallo.

Ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni Justin Schembri, ix-Shadow Minister għaż-Żgħażagħ Bernice Bonello u d-Deputat Eve Borg Bonello kienu preżenti għal din iż-żjara flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

09.03.2026