Għall-Gvern ta’ Robert Abela l-frodi u s-serq huma business as usual
Għaddew issa diversi ġimgħat minn meta l-poplu Malti xxokja ruħu mal-aħbar li għaddej frodi u serq li jlaħħaq il-miljuni ta’ ewro mill-benefiċċji soċjali. Robert Abela ma ħa l-ebda passi kontra l-Ministru responsabbli minn dan l-iskandlu li qajjem rabja kbira minn nies ta’ kull fehma politika.
Mhux talli l-Ministru ma tkeċċiex minn Robert Abela, talli issa ħareġ jgħid li dan qisu business as usual, għax ma tantx kien hemm nies mid-distrett tiegħu li ħadu eluf ta’ ewro b’mod qarrieqi u diżonest mit-taxxi tal-poplu.
Dawn l-istess nies huma vittmi ta’ sistema frodista li mexxa l-Gvern Laburista biex serqilhom il-vot.
Huwa tal-iskantament kif l-ebda Ministru ma refa’ r-responsabbilità politika.
Għal Robert Abela, li jkun hemm serq mit-taxxi tal-poplu huwa business as usual. Għal Ministri tiegħu, dawn prassi ta’ kuljum.
David Agius
Kelliem għall-Politika Soċjali
Kelliem għall-Politika Soċjali
23.09.2023