Gvern Nazzjonalista se jagħti lill-pajjiż niċċa ekonomika b’saħħitha u jagħmel ġustizzja mar-residenti ta’ Marsaxlokk u Birżebbuġa

Gvern Nazzjonalista se jagħti lill-pajjiż niċċa ekonomika b’saħħitha u jagħmel ġustizzja mar-residenti ta’ Marsaxlokk u Birżebbuġa

Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Birżebbuġa, quddiem it-tanker tal-gass, fil-preżenza tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista fuq il-ħames distrett Toni Bezzina, Duncan Borg Myatt, Stefan Caruana, Oliver Cini, Owen Sciberras u Stanley Zammit, il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Castillo kompla jispjega l-proġett li nieda lbieraħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.

F’konferenza tal-aħbarijet f’Birżebbuġa, il-PN jispjega kif Gvern immexxi minn Alex Borg ikabbar il-valur ta’ Malta fil-marittimu u jneħħi t-tanker tal-gass li l-Labour poġġa fil-bajja ta’ Marsaxlokk

Warajna għandna wegħda oħra miksura tal-Partit Laburista fil-gvern. Tanker tal-gass li l-Labour poġġa fil-bajja tax-Xlukkarji u li kellu jitneħħa wara tliet snin. Tlettax-il sena wara, iżda, għadu hemm. Il-proġett tal-Mediterranean Maritime Fuel Hub mhux biss se jneħħi dan it-tanker mill-bajja ta’ Marsaxlokk imma se jerġa’ jpoġġi lil Malta f’pożizzjoni b’saħħitha ħafna fil-qasam marittimu.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Birżebbuġa, quddiem it-tanker tal-gass, fil-preżenza tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista fuq il-ħames distrett Toni Bezzina, Duncan Borg Myatt, Stefan Caruana, Oliver Cini, Owen Sciberras u Stanley Zammit, il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Castillo kompla jispjega l-proġett li nieda lbieraħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.

Ivan Castillo qal li l-Mediterranean Maritime Fuel Hub, li se jkun qiegħed f’Hurds Bank, se jkollu żewġ għanijiet prinċipali:

  • L-ewwel li jneħħi t-tanker tal-gass li Gvern Laburista tefa’ fil-bajja ta’ Marsaxlokk u joħorġu aktar minn 20km ’il bogħod mill-kosta, biex ir-residenti ta’ dan ir-raħal kif ukoll ta’ Birżebbuġa u zoni oħra tal-madwar ikunu jistgħu jieħdu Nifs Ġdid u jgħixu aktar rashom mistrieħa
  • It-tieni li jagħti Nifs Ġdid lill-ekonomija ta’ pajjiżna billi jipprovdi servizzi  bżonjużi lil vapuri li jgħaddu minn qribna.

Hu spjega kif il-gżejjer tagħna qegħdin fuq il-highway ta’ ħafna vapuri kbar. Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija li jerġa’ jpoġġi lil pajjiżna fil-quċċata tas-servizzi marittimi billi jibda joffri bunkering għal vapuri li jaħdmu bl-LNG u li r-rotta tagħhom diġà hija qribna.

Dan il-proġett se jkun qed jiġġenera €450 miljlun fl-ewwel tliet snin tal-operat tiegħu, se joħloq mal-150 xogħol ġdid ta’ kwalità u mijiet ta’ opportunitajiet oħra f’xogħol ieħor indirett li se jinħoloq grazzi għal dan il-proġett.

Filwaqt li dan se jkun proġett importanti ħafna li se jikkontribwixxi bil-kbir fl-ekonomija, biex  isir dan, il-proġett mhu se joħloq l-ebda pressjoni ġdida fuq l-art – l-ebda piż ġdid fuq l-infrastruttura tal-art – għaliex il-proġett se jkun kollu fuq  il-baħar.

Dan is-servizz se jkun future-proof għaliex filwaqt li l-pjan hu li jibda jipprovdi  lill-vapuri bl-LNG – li bħalissa huwa l-fuel li qed jintuża mill-vapuri – ’il quddiem, mingħajr l-ebda spejjeż, ikun jista’ jagħmel il-qalba għal fuels oħra li jkunu meħtieġa.

Ivan Castillo tkellem dwar ir-reazzjoni pożittiva immens li kien hemm mill-operaturi tal-bunkering għal dan il-propett u qal li l-MMFH se jkun qed ikompli jsaħħaħ lil pajjiżna bħala wieħed mill-aqwa fis-servizzi marittimi.

Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista qed iserraħ ras ir-residenti ta’ Marsaxlokk, Birżebbuġa u l-madwar li qabel tintemm l-ewwel leġiżlatura ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista, it-tanker li poġġielhom Gvern Laburista jitneħħielhom mill-bajja.

Ivan Castillo sostna wkoll li l-fatt li t-tanker tal-LNG jitqiegħed barra mill-kosta jkun ifisser aktar stabbiltà fl-enerġija.

“Gvern Nazzjonalista se jagħti Nifs Ġdid lil Marsaxlokk, Nifs Ġdid lis-settur marittimu, u Nifs Ġdid lill-ekonomija tagħna”.

06.05.2026