Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg iħabbar ix-Shadow Cabinet tiegħu
AĦBAR

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg iħabbar ix-Shadow Cabinet tiegħu

F’kummenti wara li ħabbar ix-Shadow Cabinet, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li seta’ jifforma dan il-Kabinett alternattiv għax għandu Grupp Parlamentari b’saħħtu ħafna. Hu żied li dan ix-Shadow Cabinet se jkun ta’ servizz għall-Maltin u l-Għawdxin u se jkun qed joħroġ b’soluzzjonijiet biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu kollu.

Oppożizzjoni serja llum, gvern b’saħħtu għal għada

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qed iħabbar il-ħatra uffiċjali tax-Shadow Cabinet tiegħu.

Dan ix-Shadow Cabinet huwa magħmul minn 28 Shadow Minister u tmien (8) Kelliema minn fost il-Grupp Parlamentari elett fl-aħħar elezzjoni ġenerali – Grupp iffurmat minn Membri Parlamentari li jġibu magħhom taħlita ta’ esperjenza u enerġija ġdida, u huwa mfassal biex il-Partit Nazzjonalista jippreżenta ruħu bħala gvern alternattiv lest li jmexxi lil pajjiżna għal futur aħjar.

Din hija l-lista tad-Deputati fix-Shadow Cabinet ta’ Alex Borg:

  • Alex Borg
    Kap tal-Oppożizzjoni

  • Alex Perici Calascione
    Viċi Kap u Shadow Minister għat-Turiżmu

  • Bernard Grech
    Deputy Speaker u Shadow Minister għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

  • Ivan Castillo
    Whip u Shadow Minister għall-Mobbiltà Sostenibbli

    John Baptist Camilleri
    Kelliem għall-Avjazzjoni

  • Janice Abela Chetcuti
    Shadow Minister għall-Ħarsien tal-Annimali

    Andrew Agius
    Kelliem għas-Servizzi Veterinarji

  • Graziella Attard Previ
    Shadow Minister għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili

    Miriana Calleja Testaferrata De Noto
    Kelliema għall-Koeżjoni Soċjali

  • Ivan Bartolo
    Shadow Minister għall-Politika Soċjali, il-Familja u l-Housing Soċjali

    Norma Camilleri
    Kelliema għall-Politika dwar il-Familja u t-Tfal

  • Graham Bencini
    Shadow Minister għall-Isport

  • Toni Bezzina
    Assistent Whip u Shadow Minister għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel

  • Bernice Bonello
    Shadow Minister għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi

  • Julian Borg
    Shadow Minister għall-Infrastruttura u x-Xogħol

    Annabelle Cilia
    Assistent Whip u Kelliema għax-Xogħol


  • Rebekah Borg
    Shadow Minister għall-Ippjanar

  • Eve Borg Bonello
    Shadow Minister għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali

    Ian Vassallo Hagi
    Kelliem għall-Kwalità tal-Ħajja

  • Conrad Borg Manché
    Shadow Minister għall-Intern u s-Sigurtà

  • Darren Carabott
    Shadow Minister għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi

  • Jerome Caruana Cilia
    Shadow Minister għall-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza

  • Adrian Delia
    Shadow Minister għall-Finanzi

  • Beppe Fenech Adami
    Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

  • Beppe Galea
    Shadow Minister għall-Volontarjat

  • Graziella Galea
    Shadow Minister għall-Inklużjoni

  • Joe Giglio
    Shadow Minister għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

    George Vital Zammit
    Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

  • Paula Mifsud Bonnici
    Shadow Minister għall-Anzjanità Attiva

  • Michael Piccinino
    Shadow Minister għas-Self-Employed, l-Intrapriżi Żgħar u l-Koperattivi

  • Mark Anthony Sammut
    Shadow Minister għall-Enerġija u l-Ambjent

  • Justin Schembri
    Shadow Minister għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali

    Marilena Gauci
    Kelliema għall-Industrija tal-Films

  • Stephen Spiteri
    Shadow Minister għas-Saħħa

  • Frank Anthony Tabone
    Shadow Minister għal Għawdex

  • Julie Zahra
    Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir

  • Stanley Zammit
    Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet

F’kummenti wara li ħabbar ix-Shadow Cabinet, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li seta’ jifforma dan il-Kabinett alternattiv għax għandu Grupp Parlamentari b’saħħtu ħafna. Hu żied li dan ix-Shadow Cabinet se jkun ta’ servizz għall-Maltin u l-Għawdxin u se jkun qed joħroġ b’soluzzjonijiet biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu kollu.

Oppożizzjoni serja llum, gvern b’saħħtu għal għada.

26.06.2026

– Agħfas hawn għal kumment tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg dwar ix-Shadow Cabinet.