Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jippreżenta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju
AĦBAR

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg illum waranofsinhar ippreżenta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju fl-uffiċċji tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar.

Alex Borg se jkun qed jikkontesta fuq it-12 u t-13-il Distrett

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg illum waranofsinhar ippreżenta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju fl-uffiċċji tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar.

Huwa se jkun qed jikkontesta fuq it-12 u t-13-il Distrett Elettorali.

Alex Borg ntlaqa’ mill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali Joseph Camilleri u kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello u l-Kap tal-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-PN Nathaniel Attard.

11.05.2026